***
Diretturi: Graham Annable, Anthony Stacchi
Atturi: (vuċijiet ta’) Elle Fanning, Simon Pegg, Ben Kingsley, Jarred Harris
Ħin: 97 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: U
Klassifika tal-Knisja: UPG
F’Cheesebridge in-nies huma ossessjonati bil-għana, bil-klassi, u bl-aqwa ġobon. Taħt it-toroq ta’ din il-belt, miksijin b’ċangatura, jgħixu l-Boxtrolls, li n-nies tal-belt iqiesuhom monstri skifużi li matul il-lejl joħorġu mid-dranaġġ u jisirqu dak li għan-nies ta’ Cheesebridge huwa l-iktar għażiż: it-tfal u l-ġobon tagħhom…