Arkivji mensili: Frar 2015

L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna

  • L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett, Mons. Charles J. Scicluna, barra l-parroċċa ta’ Ħal-Lija, ser tkun fid-Dar tal-Providenza. Hija xewqa personali ta’ Monsinjur Scicluna li jżur ir-residenti ta’ din id-Dar.

    Għada, l-Ħadd l-1 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett ser jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tad-Dar tal-Providenza, u wara jżur lir-residenti. Il-Quddiesa tibda fl-10.00 a.m.

    Illejla, fid-6.30 p.m., l-Arċisqof-elett ser jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal-Lija. Din hija l-istess parroċċa fejn Mons…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fil-Knisja ta’ Ħal Lija

  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija

    28 ta’ Frar 2015

    Il-Vanġelu ta’ San Mark, waqt li jirrrakonta l-mument sabiħ tat-Trasfigurazzjoni, jagħtina dettalji li ma jagħtuniex l-evanġelisti San Mattew u San Luqa. San Mark jitkellem dwar il-bjuda li tgħammex tal-libsa tal-Mulej Ġesù: “ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk” (Mk 9, 3)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof-elett imexxi pellegrinaġġ penitenzjali f’Tas-Sliema

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ penitenzjali bix-xbieha tal-Ecce Homo, li telaq mill-knisja ta’ Stella Maris u ntemm fil-knisja ta’ St Patrick’s, Tas-Sliema. Matul dan il-pellegrinaġġ saret riflessjoni mill-Arċisqof u l-pellegrinaġġ intemm bil-Barka Sagramentali.

    Il-Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna

  • Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ kull wieħed u waħda minnkom li lqajtu l-istedina tiegħU għal dan il-pellegrinaġġ…

  • Kompli aqra »

Arċisqof ġdid għal Malta – Mons. Charles J. Scicluna

  • Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari ta’ San Leone, bħala Arċisqof ta’ Malta. L-aħbar ingħatat min-Nunzju Appostoliku, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Aldo Cavalli, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2015, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

    In-Nunzju Appostoliku ppreżenta lill-Arċisqof-elett lill-Kulleġġ tal-Konsulturi, lill-uffiċjali u lill-ħaddiema tal-Kurja, u lill-media.

    L-Isqof Scicluna huwa s-suċċessur tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P., li fit-18 ta’ Ottubru 2014 irriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna

  • Nirringrazzja ħafna lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku tal-fiduċja li wera fija, u l-missjoni li tani biex inkun ir-ragħaj tal-Arċidjoċesi għażiża ta’ Malta. Insellem lill-poplu Malti u Għawdxi, lil ħuti l-Isqfijiet, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi u l-lajċi, u l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, u nwiegħdhom li nagħti ħajti fuq l-eżempju ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb.

    ✝ Charles Jude Scicluna

        Isqof titulari ta’ San Leone

        Arċisqof-elett ta’ Malta 

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-poplu ta’ Malta

  • Nirringrazzja ħafna lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku tal-fiduċja li wera fija, u l-missjoni li tani biex inkun ir-ragħaj tal-Arċidjoċesi għażiża ta’ Malta. Insellem lill-poplu Malti u Għawdxi, lil ħuti l-Isqfijiet, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi u l-lajċi, u l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, u nwiegħdhom li nagħti ħajti fuq l-eżempju ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb.

    ✝ Charles Jude Scicluna

        Isqof titulari ta’ San Leone

        Arċisqof-elett ta’ Malta 

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna waqt pellegrinaġġ penitenzjali f’Tas-Sliema

  • Tas-Sliema, Parroċċa Sacro Cuor

    27 ta’ Frar 2015

     

    Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ kull wieħed u waħda minnkom li lqajtu l-istedina tiegħU għal dan il-pellegrinaġġ. Ippermettuli ngħid ‘Alla jbierek kemm hawn nies’, għal dan il-pellegrinaġġ fiċ-ċirkustanzi tal-lum, jiġifieri bejn karozza u oħra fit-toroq ta’ Tas-Sliema. Ta’ min nieħdu l-opportunità li nirriflettu fuq din il-ħaġa…

  • Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku tas-Sirja jgħid li l-popolazzjoni qed tħossha abbandunata

  • Although he is in retreat in the hills of Rome, immersed in Lenten Spiritual Exercises, Pope Francis is following the situation in Syria with deep concern.

    Speaking to Vatican Radio, Archbishop Mario Zenari, the Apostolic Nuncio in Damascus, says “the Pope is constantly adjourned of developments and his prayers are tuned to the suffering of the people”.
    A three-day offensive this week has seen at least 220 people abducted by so-called Islamic State militants, most of them from Assyrian Christian villages in the north east…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku u membri tal-Kurja Rumana jirriflettu fuq ir-reliġjożità superfiċjali

  • Pope Francis and the Roman Curia are in the middle of their weeklong Spiritual Exercises in Ariccia, outside Rome. 

    According to L’Osservatore Romano, the retreat master, Carmelite Father Bruno Secondin, has shared reflections with the Curia on the prophet Elias. In his reflection, Fr Secondin compared the worship of the false idols in Elias’ time with a modern-day religiosity that is interested in the superficial and in measures of faith “according to statistics.” He called the participants to authentic and “audacious” worship. 

    The Pope and the Curia will conclude their Spiritual Exercises on Friday…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Charles J. Scicluna jbierek il-Knisja ta’ Santa Marija Madalena fil-Belt Valletta

  • Nhar il-25 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, bierek mill-ġdid il-knisja ta’ Santa Marija Madalena, fi triq il-Merkanti, l-Belt Valletta. 

  • L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna fil-Quddiesa tat-tberik tal-Knisja ta’ Santa Marija Madalena
  • Knisja ta’ Santa Marija Maddalena, il-Belt Valletta

    25 ta’ Frar 2015

    Inġbarna biex niċċelebraw l-Ewkaristija f’din il-Knisja antika ħafna u niċċelebraw l-Ewkaristija wara ħafna snin li din kienet tintuża bħala Knisja…

  • Kompli aqra »