Arkivji mensili: Marzu 2015

L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa tal-Ingress Solenni

  •  

    Katidral tal-Imdina

    21 ta’ Marzu 2015

    ‘Tħobbni int?’ Il-kelmiet ta’ Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minna. Ilum, b’mod speċjali, Ġesù jgħidhom lili, magħżul biex inkun ir-Ragħaj tagħkom. Id-domanda ta’ Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu. Tfakkarni li l-qofol ta’ kull ministeru pastorali huwa l-imħabba: l-imħabba lejn Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ħabbna qabel ħabbejnieh aħna, kif ukoll l-imħabba lejn kull membru tal-merħla tiegħu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 21 ta’ Marzu

  • San Ġwann 7:40-53

    Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih. Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu. L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: “Dan kif ma ġibtuhx magħkom? L-għases qalulhom: “Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!” Qabżu l-Fariżej u qalulhom: “Intom ukoll tqarraqtu? Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih? Imma dawn x’qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!” Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom: “Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma’ lilu stess ħalli tkun taf x’inhu jagħmel?” U huma qalulu: “M’intix int ukoll mill-Galilija, hux? …

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015, il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minħabba ċ-ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni tal-Arċisqof. 

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jikkundanna l-attakk fit-Tuneżija

  • Pope Francis sent a telegram offering prayers for the victims of Wednesday’s terror attack in Tunis, in which at least 23 people were killed and more than 40 others wounded, many among them foreign tourists. In the telegram, signed by the Cardinal Secretary of State, Pietro Parolin, and addressed to the Archbishop of Tunis, Ilario Antoniazzi, the Holy Father decries the attack as, “[An act] against peace and the sacredness of human life.” He goes on to assure the families of the victims, all those affected by the incident, and the whole Tunisian people, of his continued prayers…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 20 ta’ Marzu

  • San Ġwann 7:1-2.10.25-30

    Wara dan, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta’ l-Għerejjex.  Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux  bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan m’huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? Araw, b’wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 19 ta’ Marzu

  • Festa Solenni ta’ San Ġużepp, ir-Raġel tal-Beata Verġni Marija

    San Mattew 1:16.18-21.24a

    Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija.It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu  s-Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.”Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

Run All Night

  • Direttur: Jaume Collet-Serra

    Atturi: Liam Neeson, Joel Kinnaman, Common, Ed Harris, Genesis Rodriguez, Vincent D’Onofrio, Boyd Holbrook, Holt  McCallany u Malcolm Goodwin

    Ħin tal-Film: 114 min

    KLASSSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Jimmy Conlon illum –il gurnata jinsab f’kollass mentali u fiziku,  għamel żmien twil bħala qattiel  mikri ġewwa New York tant li ġie mlaqqam bħala: The Gravedigger

  • Kompli aqra »

Il-Papa: soċjetà tista’ tiġi ġġudikata mill-mod kif titratta lit-tfal

  • Pope Francis today turned his thoughts to the countless children across the world who live in poverty and need.

    Addressing the crowds in St. Peter’s Square gathered for the weekly General Audience, the Pope continued in his catechesis on the family, focusing this time on children.

    Pope Francis said that children are a great gift for humanity and for the Church…

  • Kompli aqra »