Arkivji mensili: April 2015

“Il-Paċi Magħkom” – artiklu tal-Arċisqof Charles J. Scicluna ppublikat fil-ġurnal ‘Illum’

  • “Il-Paċi magħkom” – din hija t-tislima ta’ Ġesù Rxoxt lid-dixxipli tiegħu, li tiġbor mhux biss is-sens ta’ rikonċiljazzjoni li jdawwal Ħadd il-Għid, imma wkoll l-awgurju li r-rikonċiljazzjoni li l-Mulej qed jagħtina bħala rigal, naqsmuha mal-oħrajn. Il-paċi hija għajn li tfawwar mill-qalb tal-bniedem. Fl-istess ħin, id-dgħufija tgħallimna li l-paċi hija wkoll rigal li nilqgħu mingħand il-Mulej.

    Fil-bidu tar-Randan, l-Insara jisimgħu l-istedina tal-Mulej biex il-paċi jfittxuha u jippreparawha permezz tar-rażan…

  • Kompli aqra »

Il-Qari tal-Quddies f’Ħadd il-Għid

    • L-Ewwel Qari

      Mill-Atti tal-Appostli 10:34a.37-43

      Pietru qabad jitkellem u qal: Intom tafu b’dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara li Ġwanni kien xandar il-magħmudija; tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nazaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, u kif dan Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu. U aħna xhud ta’ dak kollu li hu għamel fl-art tal-Lhudija u f’Ġerusalemm. 

      “Tawh il-mewt billi dendluh ma’ l-għuda tas-Salib; imma Alla qajjmu mill-imwiet fit-tielet jum u għamel li hu jidher, mhux lil kulħadd, imma lix-xhieda li Alla għażel minn qabel, lilna, li miegħu kilna u xrobna wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Lilna ordnalna biex inxandruh lill-poplu u nixhdu li dan hu dak li Alla għamlu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin. Il-profeti kollha jixhdu għalih u jgħidu li kull min jemmen fih jaqla’  l-maħfra tad-dnubiet bis-saħħa ta’ ismu.”

  • Salm Responsorjali

    Salm 118(117):1-2.16ab-17.22-23

    Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb,

    għax għal dejjem it-tjieba tiegħu! …

  • Kompli aqra »

Il-Papa jmexxi l-Via Crucis

  • Thousands of faithful filled the Coliseum on Friday night for the traditional Good Friday Stations of the Cross with Pope Francis. The reflections accompanying the Stations this year were composed by Italian Bishop Renato Corti, Bishop-Emeritus of Novara.

    Entitled “The Cross: Radiant Culmination of God’s Protective Love,” Bishop Corti’s reflections drew attention to different types of suffering in the world, such as child abuse, human trafficking and Christian persecution…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiċċelebra l-Quddiesa In Coena Domini fil-ħabs ta’ Rebibbia

  • Pope Francis on Thursday evening celebrated the Mass of the Lord’s Supper at Rome’s Rebibbia prison. The Mass was also attended by inmates at a nearby women’s detention centre.  During the Mass Pope Francis washed the feet of 6 men and 6 women, including one mother holding her small child in her lap.

    During his off-the-cuff homily, Pope Francis focused on the passage of the Gospel reading which said “He loved His own in the world, and He loved them until the end.” “He loves us without limits, until the end,” Pope Francis said…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 t’April

    • Is-Solennita’ ta’ Sibt il-Għid

      San Mark 16: 1-7

      Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn  il-qabar.

      U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna. Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda; u nħasdu. Imma hu qalilhom: “Xejn la tinħasdu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet Maltin f’Garissa, il-Kenja

    • Għeżież +Paul u +Joseph,

      L-ewwelnett grazzi mill-qalb tax-xewqat sbieħ tagħkom għall-ħatra tiegħi bħala Arċisqof ta’ Malta. 

      It-tieni, f’isem il-Knisja f’Malta, nixtieq nesprimi s-solidarjetà tagħna mal-poplu Kenjan u magħkom, wara t-traġedja ta’ Garissa University College.

  • Il-Mulej isabbar il-qraba tal-vittmi innoċenti, u jrattab il-qalb kiefra tal-aggressuri u ta’ min hemm warajhom…

  • Kompli aqra »

Qari mill-Bibbja f’jum il-Ġimgħa l-Kbira

    • Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej

      L-Ewwel Qari

      Mill-Ktieb ta’ Isaija 52:13-53:12

      Araw! il-qaddej tiegħi jsib ir-riżq, jintrefa’, jogħla u jkun ‘il fuq minn kulħadd. Bħalma ħafna ndiehxu minnu, – għax wiċċu tħassar, donnu ma kienx bniedem, u s-sura tiegħu ma kontx tqisha ta’ bniedem –

      hekk għad jistagħġbu ħafna ġnus minħabba fih. Quddiemu s-slaten jagħlqu ħalqhom, għax għad jaraw ġrajja li qatt ma ssemmiet, u jifhmu dak li qatt ma semgħu bih. Min kien jemmen dak li smajna, u f’min intwera driegħ il-Mulej? Bħal xitla kiber quddiemna, u bħal għerq minn art niexfa. Ebda sura ma kellu, u ebda ġmiel biex inħarsu lejh, jew xi sura biex nitgħaxxqu bih…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

  • Il-Ħamis 2 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra t-Tifkira solenni tal-Ikla tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, fuq l-eżempju ta’ Ġesù, l-Arċisqof ħasel riġejn numru ta’ rġiel, u ta’ mara. Kienet xewqa tal-Arċisqof Scicluna li jiġu mistiedna persuni, bil-familji tagħhom, li jagħtu xi tip ta’ servizz fil-komunità. Dawn huma: l-Onor. Carmelo Abela MP, l-Onor. David Agius MP, Ray Zammit (Deputat Kummissarju tal-Puluzija/ Agent Direttur C.C.F.), Stephen Mallia  (Supretendent tal-Puluzija), Andrew Azzopardi (Kap tal-Kummissjoni tal-Knisja għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli), Charles Delia (Kurja), Mark Bonanno (nurse), Godwin Catania (nurse), Marco Grixti (nurse), Louis Bellizzi (voluntier fil-fondazzjoni għall-vittmi tal-użura fi ħdan il-Caritas), Andre Cassar (voluntier fil-grupp għall-persuni romol u separati fi ħdan il-Caritas), Twanny Cutajar (Hospice Movement), Mario Micallef (xandar, PBS)…

  • Kompli aqra »