Arkivji mensili: Mejju 2015

Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol

  • Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, qed torganizza forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’. Dan ser isir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015, fin-12:30 p.m., fl-Isptar Mater Dei (South Auditorium). Il-professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa huma mistiedna jattendu.
      L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser iwassal il-messaġġ tiegħu għall-ħabta tas-1:30 p.m. Id-diskussjoni ser titmexxa mill-Professur Dun Emanuel Agius…
  • Kompli aqra »

L-għaqal veru jgħallmek tgħożż l-imħabba vera – L-Arċisqof fl-ewwel Żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex

  • L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mistieden imexxi Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu waqt l-ewwel żjara uffiċjali fid-Djoċesi ta’ Għawdex fejn flimkien mal-Isqof ta’ Għawdex, ikkonċelebraw il-kappillani u l-kleru Għawdxi.  Qabel il-Quddiesa, fil-5.15pm, l-Arċisqof Scicluna mexxa r-rit tat-tberik tat-tliet mużajċi ġodda ta’ Marco Ivan Rupnik SJ li dan l-aħħar twaħħlu mal-faċċata tas-Santwarju.  F’kelmtejn ta’ merħba, l-Isqof ta’ Għawdex irringrazzjah tal-preżenza tiegħu u wiegħdu t-talb tal-Knisja f’Għawdex fil-bidu tal-ministeru episkopali tiegħu, waqt li rrikkmandah fl-interċessjoni tal-Madonna Ta’ Pinu, li l-Arċisqof Scicluna għandu tant għal qalbu…
  • Kompli aqra »

Il-Papa: L-Insara ma jistgħux jixtiequ d-‘dinja’ u l-ġenna fl-istess waqt

  • It’s sad to see a Christian who wants to “follow Jesus and the things of this world.” That’s what Pope Francis said at Tuesday morning’s Mass at the Casa Santa Marta, stressing that a Christian is called to make a radical choice in life:  you can’t be “half” Christian or have both “heaven and earth.” In his homily Pope Francis reflects on Peter’s query to Jesus:  what would he and the disciples get in return for following Him? …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

  • San Mark 10:32-45 Kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin. Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin  il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn  il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.”

    Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jitkellem mill-qalb ma’ ġurnal Arġentin

  • Pope Francis says that being with people does him good. In a long and very personal interview with Juan Beretta, a reporter from the Argentinean newspaper “La Voz Del Pueblo”, the Pope speaks of his feelings of when he was elected Pope, of how he misses walking the streets, using public transport and sitting down for a pizza, of how he feels moved and sad when he meets sick children, prison inmates and people who’ve had no opportunities in life, of how he would like to be remembered “as someone who did some good”…
  • Kompli aqra »

The Duff

  • *** Direttur: Ari Sandel Atturi: Mae Whitman, Robbie Amell, Bella Thorne, Bianca A. Santos, Skyler Samuels, Romany Malco, Chris Wylde555, Allison Janney u Ken Jeong Ħin tal-Film: 101 min Klassifika taċ-Ċensura: 12A Klassifika tal-Knisja: 12A Bianca Piper hi tfajla ntelliġenti  li qegħda tagħmel ħiltha biex tilħaq il-livell li s-soċjeta` tallum titlob miż-żgħażagħ fejn tidħol is-sbuħija u l-kompatibilita`  romantika tal-individju. Bianca kienet tgawdi l-ħbiberija ta’ żewġ iħbieb Jess u Casey, it-tnejn iktar popolari minnha…
  • Kompli aqra »

Good Kill

  • ***

    Direttur: Andrew Niccol

    Atturi: Ethan Hawke, January Jones, Zoe Kravitz, Jake Abel u Bruce Greenwood

    Ħin tal-Film: 104 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Il-Maġġur Thomas Egan, membru fil-Forza tal-Ajru Amerikana, llum –il ġurnata jinsab f’bażi ġewwa LAS Vegas, ittajjar drones minflok ajruplani tal-gwerra    hekk kif sar iktar effiċjenti u inqas ta’ riskju li jintużaw drones minflok ajrupani biex jiġġieldu l-għadu…

  • Kompli aqra »

Hot Tub Time Machine

    • * Direttur: Steve Pink Atturi: Rob Corddry, Craig Robinson, Clark Duke, Adam Scott, Chevy Chase, Collette Wolfe, Gillian Jacobs, Christine Bentley u Kellee Stewart Ħin tal-Film: 93 min. Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Wara ħames snin minn mindu dehru fuq il-liżar taċ-ċinema, Lou Dorchen, it-tfel  Jacob u l-ħabibtu antik, Nick Webber għexu ħajja li waslithom għal fama iżda fl-istess waqt dejjem f’sitwazzjonjiet  li żammew l-istima tagħhom…
  • Kompli aqra »

Tomorrowland

  • **** Direttur: Brad Bird Atturi: Britt Robertson, George Clooney, Thomas Robinson Ħin: 130 minuti Klassifika taċ-Ċensura: PG Klassifika tal-Knisja: 12A Il-prologu jippreżenta lil Frank, tifel ġenju li jivvinta affarijiet, qed iżur in-New York World’s Fair fl-1964 meta jingħata badge ta’ Tomorrowland minn tifla Ingliża misterjuża. B’din il-badge Frank jagħmel rikba speċjali li tieħdu f’dinja sigrieta tal-futur. Lura fil-preżent, Casey, żgħażugħa intelliġenti minn Florida, bint engineer tan-Nasa, tingħatha wkoll badge ta’ Tomorrowland li x’ħin tmissha teħodha fid-dinja tal-futur; ma tmurx hemm fiżikament iżda tara din id-dinja qiesha qedha hemm…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Mejju

  • San Mark 10: 28-31

    Qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej. U ħafna li huma ta’ l-ewwel jiġu  l-aħħar, u ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel.”

    Qaddis tal-jum: San Filippu Neri, Presbiteru

  • Kompli aqra »