Arkivji mensili: Mejju 2015

Griżma tal-Isqof u l-Ewwel Tqarbina għat-tfal tal-emigranti

  • Il-Kummissjoni Emigranti tixtieq tavża li l-Ewwel Tqarbina u l- Grizma tal-Isqof għall-ulied ta’ emigranti Maltin matul ix-xhur tas-sajf se tinżamm nhar:

    L-Erbgħa 29 ta’ Lulju

    L-Kummissjoni Emigranti tavża li biex ulied l-Emigranti jkunu jistgħu jersqu għal dawn is-Sagramenti jkun meħtieġ:

    1. li t-tfal ikollhom seba’ snin magħluqa għall-Ewwel Tqarbina u tnax il-sena magħluqa għall-Griżma tal-Isqof.

    2. li jippreżentaw iċ-ċertifikati:

    • tal-Magħmudija
    • tal-Ewwel Tqarbina jekk tkun ser issir il-Griżma 

    3. permess bil-miktub tal-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom barra minn Malta…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: id-don tal-Ispirtu s-Santu jġedded id-dinja

  • Pope Francis against the backdrop of St Peter’s Basilica and dressed in scarlet vestments, celebrated Mass on Pentecost Sunday. In his homily, the Holy Father began by focusing on Sunday’s readings saying that, “the word of God, tells us that the Spirit is at work in individuals and communities filled with the Spirit.
      Expanding on this theme of the Spirit, Pope Francis said that, in the Gospel, Jesus promises his disciples that, when he has returned to the Father, the Holy Spirit will come to guide them into all the truth…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

  • San Mark 10:17-27

    Kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” “Għaliex qiegħed issejjaħli ‘tajjeb’?” qallu Ġesù, “ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u  ‘l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih   lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid…

  • Kompli aqra »

The Archbishop celebrates Mass on the occasion of the feast of Pentecost

  • Nhar il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015, Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, u amministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Belt, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 24 ta’ Mejju 2015 Ippermettuli nibda billi ngħid ftit kliem ta’ kuraġġ lil dawn iż-żgħażagħ li llum se jirċievu s-sagrament tal-Griżma…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekosté

  • Nhar il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015, Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, u amministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Belt, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
     

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 24 ta’ Mejju 2015  

    Ippermettuli nibda billi ngħid ftit kliem ta’ kuraġġ lil dawn iż-żgħażagħ li llum se jirċievu s-sagrament tal-Griżma…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

    • Festa tal-Knisja: Għid il-Ħamsin – Pentekoste – Solennita’

      San Ġwann 15:26-27.16:12-15

      Ġesu qal lid-dixxipli: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.”Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

  • San Ġwann 21: 20-25 Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, ‘Mulej, min hu li se jittradik?’ Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? Int imxi warajja!” ‘hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut…
  • Kompli aqra »

L-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari maħtur Nunzju Appostoliku għal Malta

  • IIlum, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Eċċellenza tiegħu Mons. Mario Roberto Cassari, Arċisqof Titulari ta’ Tronto u fil-preżent Nunzju Appostoliku fl-Afrika t’Isfel, fil-Botswana, il-Lesoto, Nambja u Sważiland, bħala Nunzju Appostoliku għal Malta. Bin-nomina mill-Papa, tal-Eċċellenza Tiegħu Mons. Aldo Cavalli bħala Nunzju Appostoliku tal-Olanda fil-21 ta’ Marzu, il-post tan-Nunzju għal Malta ġie battal.  Mons. Mario Roberto Cassari twieled f’Ghirlarza (Oristano) f’ Sardinja, l-Italja fis-27 ta’ Awwissu 1943…
  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-Pulizija Taljana: aġixxu kontra nies vjolenti u korrotti

  • Pope Francis on Thursday 21st May 2015 encouraged Italy’s police officers to take action against violent and corrupt individuals, saying the country needs people to serve it with altruism, generosity and continuity.  He praised the police officers for their help in welcoming migrants landing on the nation’s shores and in counteracting the “unscrupulous human traffickers” and said their job is an important and noble mission of service to the entire community that sometimes can lead to the sacrifice of their own lives…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

    • San Ġwann 21:15-19  Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi…
  • Kompli aqra »