Arkivji mensili: Ġunju 2015

Nisimgħu l-karba tal-art: Aħna lkoll responsabbli

  • Franġisku tkellem. Tkellem b’vuċi ċara u qawwija. L-enċiklika tal-Papa kienet ilha titħejja, kważi sentejn. Għalkemm l-ambjent kien spiss jissemma bħala parti mit-tagħlim soċjali ta’ diversi Papiet, speċjalment fl-aħħar ħamsin sena, Laudato si’ hija l-ewwel dokument maġġuri li huwa kollu kemm hu dedikat għal dan is-suġġett. Is-sotto-titlu huwa diġà indikattiv ħafna: Dwar kif nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna. Il-kliem li bih tibda l-enċiklika diġà qed jgħid ħafna u jdewwaqna l-ħsieb prinċipali tagħha: “Id-dar komuni tagħna hija bħal oħt li magħha naqsmu ħajjitna, u omm sabiħa li tiftaħ dirgħajha biex tħaddanna” (n.1). 

    Il-Papa Franġisku jittratta ħafna issues ekoloġiċi, bħat-tniġġis u l-bidla fil-klima, skart tossiku, it-‘throw-away culture’ tallum, reċiklaġġ limitat, il-‘global warming’ u l-livelli tal-baħar li qed jogħlew, sħana jew kesħa estrema, id-deforestazzjoni, l-oċeani li jsiru aktar aċidużi, il-qerda tal-ekosistemi u l-biodiversità, aċċess għall-ilma tax-xorb, sajd bla rażan, eċċ…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  • Nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    21 ta’ Ġunju 2015

    Greetings to our English speaking guests and also a special greeting to Your Excellency, thank you for your presence, and to those members of the Equestrian Orders of the Knights of Malta and the Knights of the Holy Sepulchre…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jżur il-morda u persuni b’diżabilità, jikkundanna l-kultura tal-ħela

  • In the afternoon on Sunday, during his Apostolic Visit to Turin, Pope Francis visited the sick and disabled at the Little House of Divine Providence – known as the “Cottolengo” from its founder, Giuseppe Benedetto Cottolengo, a canon of the Corpus Domini Church of Turin. The Holy Father once again decried what he has described as a “culture of waste.” Among the many victims of this culture, the Holy Father spoke especially about the elderly “who are the memory and the wisdom of the people…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

    •   ↵ San Mattew 7:6.12-14 Ġesu qal lid-dixxipli: Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. “Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha…
  • Kompli aqra »

Programm ta’ Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl

  • Fl-okkażjoni tas-Solennità tal-martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl (l-Imnarja), il-programm ta’ Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi fil-Katidral tal-Imdina se ikun kif ġej. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ser jitmexxew minn Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu.  Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju 5.30pm – Jasal Mons. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona O.P. 5.45pm – Traslazzjoni tar-Relikwiji 6.00pm – Quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali  

    It-Tnejn 29 ta’ Ġunju

    7.00am – Tifħir ta’ Sbiħ-il Jum Kantat…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

  • San Mattew 7: 1-5

     Il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejh, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom m’humiex indaf, jiġifieri m’humiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil  tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż. Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skond it-tradizzjoni ta’ missirijiethom, imma jieklu b’idejhom m’humiex indaf?” 
     

    Qaddisin tal-jum: San Tumas More u San John Fisher

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  • Nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

     

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    21 ta’ Ġunju 2015

    Greetings to our English speaking guests and also a special greeting to Your Excellency, thank you for your presence, and to those members of the Equestrian Orders of the Knights of Malta and the Knights of the Holy Sepulchre…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

  • San Mark 4:35-41

    Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu m’hu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! …

  • Kompli aqra »