Arkivji mensili: Ġunju 2015

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:24-34

    “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. “Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu. Jaqaw il-ħajja m’hijiex aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies? Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema; la jiżirgħu u lanqas jaħsdu u lanqas igeddsu fl-imħażen, u madankollu Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:19-23

    “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll. “Il-musbieħ tal-ġisem hija l-għajn. Jekk mela għajnek hija safja, ġismek kollu jkun imdawwal. Iżda jekk għajnek hi marida, ġismek kollu jkun mudlam…

  • Kompli aqra »

L-Enċiklika ‘Laudato Si’, fuq il-Kura tad-Dar Komuni tagħna’

    •  

      AGĦFAS HAWN biex tniżżel l-Enċiklika “Laudato Si’” (bl-Ingliż)

      Pope Francis’ first encyclical is focused on the idea of ‘integral ecology’, connecting care of the natural world with justice for the poorest and most vulnerable people. Only by radically reshaping our relationships with God, with our neighbours and with the natural world, he says, can we hope to tackle the threats facing our planet today. 

  • Science, he insists, is the best tool by which we can listen to the cry of the earth, while dialogue and education are the two keys that can “help us to escape the spiral of self-destruction which currently engulfs us”…

  • Kompli aqra »

L-Enċiklika “Laudato Si'” ppreżentata minn Monsinjur Arċisqof

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippreżenta l-punti prinċipali tal-Enċiklika tal-Papa Franġisku “Laudato Si’” (Tkun imfaħħar int, [Mulej]). Il-preżentazzjoni ser issir nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015, fis-7:00 p.m., fil-bitħa ċentrali tas-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat.

    Għal din l-attività ġew mistiedna l-Membri Parlamentari, rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur l-ambjent, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat, il-kappillani, rappreżentanti lajċi minn kull parroċċa f’Malta u rappreżentanti minn għadqiet impenjati fil-Knisja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

    • San Mattew 6, 7-15

      Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:

      ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet,

      jitqaddes ismek,

      tiġi saltnatek,

      ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.

      Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum…

  • Kompli aqra »

Reazzjoni għall-proposta tal-kumpless ta’ shooting ranges propost fil-Busbesija, Mosta

  • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija mħassba ħafna dwar il-kumpless propost ta’ shooting ranges fuq medda ta’ madwar 70 tomna art li tinkludi art agrikola fil-Busbesija, il-Mosta.

    L-art li tinsab f’żona ’l barra miż-żoni tal-iżvilupp (ODŻ) hija art ta’ high landscape value kif imfissra fil-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta’ Malta. L-opinjoni tal-KA hija li l-użu ta’ din l-art għall-proġett propost se jħalli effett negattiv sostanzjali fuq il-kampanja Maltija…

  • Kompli aqra »

Pitch Perfect 2

    • *** Direttur: Elizabeth Banks Atturi: Anna Kendrick, Rebel Wilson, Brittany Snow, Hailee Steinfeld, Skylar Astin, Ben Platt, Adam DeVine, Alexis Knapp, Flula Borg u Hana Mae Lee Ħin tal-Film: 115 min. Klassifika taċ-Ċensura: PG Klassifika tal-Knisja: 12 Sentejn wara l-ewwel il-ġrajjiet tal-ewwel film, il-grupp ta’ kantanti u żeffiena: Barden Bellas, taħt id-direzzjoni ta’ Beca Mitchell u Chloe, wara li rebħu t-titlu nazzjonali capella,  jiġu mistiedna biex jagħtu wirja ġewwa Washington quddiem il-President Barack Obama u martu Michelle…
  • Kompli aqra »

Two by Two

  • ***

    Diretturi: Toby Genkel u Sean McCormack

    Ilħna: Callam Maloney,  Alan Stanford, Carla Becker, Ava Connolly, Lotta Doll, Tina Echmann, Patrick FitzSymore, Tara Flyn u  Robert Kotulla

    Ħin tal-Film: 87 min

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Hekk kif ikun hemm twissija li f’qasir żmien sejjer ikun hemm għargħar, b’riżultat ta’ diżastru katastrofiku u anke t-tmiem ta’ ħafna kreaturi, l-annimali bdew jaħsbu li jivvjaġaw lejn Arka li nbniet apposta biex tevvita l-qerda ta’ tant speċi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: It-teoloġija tal-faqar

  • Pope Francis said Mass in the chapel of the Casa Santa Marta on Tuesday morning. Following the readings of the day, the Holy Father reflected on the place of poverty in the Gospel, saying that the Gospel becomes incomprehensible if poverty is removed from it, and that it is unfair to label priests who show a pastoral concern for the poor as, “Communists”…

  • Kompli aqra »