Arkivji mensili: Settembru 2015

Dikjarazzjoni konġunta mill-Isqfijiet tad-Djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex, Mons. Charles J. Scicluna u Mons. Mario Grech

  • L-Isqfijiet jixtiequ jagħtu assikurazzjoni lill-pubbliku li l-ħarsien tal-minuri huwa dejjem fost il-miri prinċipali tad-Djoċesijiet immexxija minnhom, u li l-liġijiet, kemm tal-Knisja kif ukoll tal-Istat, huma dejjem osservati u esegwiti f’din il-materja bħal f’kull materja oħra.

    Kif inhu magħruf, fil-ħarifa tas-sena 2014 l-Isqfijiet flimkien mas-Superjuri Maġġuri Reliġjuzi ta’ Malta u ta’ Għawdex adottaw u ppubblikaw il-policy il-ġdida dwar kif jiġu mistħarrġa allegazzjonijiet ta’ abbuż ta’ minuri minn membri tal-kleru u reliġjużi u minn funzjonarji pastorali oħra…

  • Kompli aqra »

Quddies fil-kappella tal-Vitorja f’jum il-festa tat-Twelid tal-Beata Verġni Marija

  • Fis-7 ta’ Settembru 2015, fit-8:15 a.m., lejliet il-festa tat-Twelid tal-Vergni Marija, kif ukoll nhar il-festa, fit-8 ta’ Settembru, fit-8.15 a.m., se tigi ċċelebrata Quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja, il-Belt Valletta. Matul il-Quddiesa se jsir talb għall-benefatturi kollha ta’ din il-knisja.

    Kulħadd huwa mistieden. 

    Dawn il-Quddies huma organizzati mir-Rettur tal-knisja tal-Vitorja, Mons. Victor Zammit McKeon flimkien mal-Kumitat ta’ Din l-Art Ħelwa, li huma responsabbli mir-restawr tal-istess knisja…

  • Kompli aqra »

Fl-Udjenza tal-Papa: Qatt iżjed il-Gwerra!

  • At a time when people are experiencing trouble and conflict in many countries, Pope Francis at the end of his General Audience on Wednesday made a heartfelt appeal for peace. Recalling  the end of  Second World War in the Far East, the Holy Father prayed that the world would never again have to experience the horrors of “such tragedies”.

    Quoting the words of Blessed Pope Paul VI, “War never again”, he stressed, that this is also the lasting desire of those who are victims of conflicts…

  • Kompli aqra »

Hitman Agent 47

  • ***

    Direttur: Aleksander Bach

    Atturi: Rupert Friend, Hannah Ware, Zachary Quinto, Ciaran  Hinds, Thomas Kretsehmann u Angelababy

    Ħin tal-Film: 96 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Il-Hitman jew aħjar kif inhu magħruf l-Aġent 47,  hu aġent sigriet li jaħdem ma’ aġenzija ta’ l-għola segretezza mhux governativa msejjħa: The International Contracts Agency

  • Kompli aqra »

50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Fergħa Ewkaristika

  • Fid-9 ta’ Settembru 2015, il-Fergħa Ewkaristika ser tiċċelebra 50 sena mit-twaqqif tagħha. Il-Fergħa Ewkaristika twaqqfet fl-1965 minn George Grima, bil-għan li Ġesù Ewkaristija jkun magħruf u maħbub aktar minn kulħadd. Il-motto ta’ din l-għaqda hu, “O Ġesù Ewkaristija kun il-ferħ u l-hena ta’ ħajti kollha”. 

    Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Fergħa Ewkaristika, l-Insara qed jiġu mistiedna jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet:

    • Il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru – Adorazzjoni fis-6:00 p.m…
  • Kompli aqra »

Sena Mqaddsa: Il-Papa jgħid lis-saċerdoti biex ma jiċħdux l-maħfra t’Alla minn dawk li jindmu

  • Pope Francis today conceded to priests during the upcoming Holy Year the disposition to absolve of the sin of abortion those who have procured it and seek forgiveness for it.

    He also expressed his hope that solutions may soon be found to recover full communion with the Fraternity of St Pius X. 

    In an articulated letter addressed to the President of the Pontifical Council for the Promotion of the New Evangelization, the Pope focused on a series of points which he said “require attention to enable the celebration” of the upcoming Extraordinary Jubilee of Mercy…

  • Kompli aqra »

Titħawwel siġra fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien

  • It-Tlieta, l-1 ta’ Settembru 2015, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien li nieda l-Papa Franġisku, l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, attendew għal attività ta’ talb u tħawwil ta’ siġra fil-Park Nazzjonali, Ta’ Qali. Din l-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u għaliha attendew rappreżentanti tal-partiti politiċi, mexxejja ta’ denominazzjoniiet Insara oħra, rappreżentanti ta’ għaqdiet ambjentali u tal-iżviluppaturi, u studenti minn Skolasajf San Pawl il-Baħar…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Settembru 2015

  • Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2015, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jieħu sehem fil-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur George Bugeja. Ir-rit liturġiku ser isir fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex.

    Il-Ħadd 6 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinseġ il-Paniġierku fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.

    It-Tnejn 7 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-patrijiet Frangiskani Konventwali fl-okkażjoni tal-Kapitlu Provinċjali. Fis-7:30 p.m. jiċċelebra Quddiesa lejliet il-festa tal-Vitorja, fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa…

  • Kompli aqra »