Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Diċembru 2015
30/11/2015-
Għada, it-Tlieta l-1 ta’ Diċembru 2015, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST, fil-Katidral tal-Imdina.
Nhar is-Sibt 5 ta’ Diċembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid ta’ Ħal Kirkop.
Nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.
Nhar it-Tnejn 7 ta’ Diċembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek il-Kappella tal-Hilltop Village, in-Naxxar, u jiċċelebra Quddiesa…