Arkivji mensili: Novembru 2015

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Diċembru 2015

  • Għada, it-Tlieta l-1 ta’ Diċembru 2015, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST, fil-Katidral tal-Imdina.

    Nhar is-Sibt 5 ta’ Diċembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid ta’ Ħal Kirkop.

    Nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

    Nhar it-Tnejn 7 ta’ Diċembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek il-Kappella tal-Hilltop Village, in-Naxxar, u jiċċelebra Quddiesa…

  • Kompli aqra »

“Min jishar jaf jitgħallem ikun sid tiegħu nnifsu u hekk tassew igawdi l-ħajja” – L-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ San Girgor, Tas-Sliema

  • Nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-75 mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Girgor, Tas-Sliema.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema

    28 ta’ Novembru 2015

     

    Il-kelma Parroċċa għandha oriġini partikolari li fl-istess ħin ifissru vokazzjoni partikolari…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jitkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta waqt l-Assemblea Djoċesana 2015

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta waqt it-tieni jum tal-Assemblea Djocesana li saret is-Sibt 21 ta’ Novembru 2015, fil-Katekumenju, il-Mosta, fl-istess post fejn kien tlaqqa’ s-Sinodu Djoċesan.

    L-Arċisqof qal li huwa jiġbor il-viżjoni tiegħu għall-Knisja fil-kelma ‘evanġelizzazzjoni’, u qal li hemm bżonn nevanġelizzaw bil-ferħ tagħna. L-ewwel pass tal-evanġelizzazzjoni qal, huwa li niltaqghu mal-Kelma ta’ Ġesù, u nhalluha tisfidana kuljum.

    Spjega li meta nippreżentaw l-Evanġelu nindunaw li dan iċanfarna…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena f’Quddiesa fil-Katidral ta’ Bangui

  • Priests and religious, catechists and young people joined Pope Francis on Sunday evening for the celebration of Holy Mass in the Cathedral of Bangui, Central African Republic.  During the ceremony, the Pope opened the Holy Door of the Cathedral for the beginning of the Jubilee of Mercy. The Jubilee Year officially begins on 8 December. In his homily at the Mass the Pope spoke of the Christian vocation to love our enemies, saying it protects us “from the temptation to seek revenge and from the spiral of endless retaliation.”

    Below, please find the full text of Pope Francis’ homily for the Holy Mass for the First Sunday of Advent, celebrated in Bangui’s Notre-Dame Cathedral…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

    • San Mattew 4:18-22

      Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom. Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh…

  • Kompli aqra »

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

    • San Luqa 21:25-28.34-36

      “U jkun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb. Il-ġnus fuq l-art, b’qalbhom ittaqtaq, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u ta’ l-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa  bil-biża’ billi jobsru x’ikun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu. Mbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fi sħaba, b’qawwa u glorja kbira. Meta jibda jseħħ dan kollu, qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib.””Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewwtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha. Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kull ma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem.”

      Qaddis tal-jum: San Saturninu, Isqof u Martri

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jilqa’ lil Prinċep ta’ Wales fil-Katidral tal-Imdina

  • Nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ lill-Prinċep Charles ta’ Wales, u martu Camilla, id-Dukessa ta’ Cornwall fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina. Il-Prinċep Charles ta’ Wales, u martu bħalissa qed jakkumpanjaw lill-Maesta Tagħha r-Reġina Eliżabetta II fuq żjara statali fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-kapijiet tal-istati membri tal-Commonwealth (CHOGM). 

  • Kompli aqra »

“Min jishar jaf jitgħallem ikun sid tiegħu nnifsu u hekk tassew igawdi l-ħajja” – L-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ San Girgor, Tas-Sliema

  • Nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-75 mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Girgor, Tas-Sliema.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema

    28 ta’ Novembru 2015

    Il-kelma Parroċċa għandha oriġini partikolari li fl-istess ħin ifissru vokazzjoni partikolari…

  • Kompli aqra »

Kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza u fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-persuni b’diżabbilita’, se jiġi organizzat Kunċert fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru fis-7:30 ta’ filgħaxija. Il-Kunċert se jittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity u bil-korteżija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Se jkun taħt il-patroċinju tal-E.T. l-Arċisqof Mons Charles J Scicluna…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

    • San Luqa 21:34-36

      “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewwtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha. Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kull ma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem.”

      Qaddis tal-jum: San Ġakbu ta’ Marches, Patri Franġiskan…

  • Kompli aqra »