Arkivji mensili: Novembru 2015

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:7-10

    Jesus said to the Apostles: “Who among you would say to your servant who has just come in from plowing or tending sheep in the field, ‘Come here immediately and take your place at table’? Would he not rather say to him, ‘Prepare something for me to eat. Put on your apron and wait on me while I eat and drink…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej isaffi l-intenzjoni ta’ kull min jidħol għall-politika u għas-servizz tan-nazzjon” – L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira

  • Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum It-Tifkira. Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew l-President ta’ Malta u s-Sur Preca, l-ogħla awtoritajiet tal-Istat u dinjitarji oħra.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    8 ta’ Novembru 2015

    L-ewwelnett nixtieq insellem l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: lilek Eċċellenza, Sur Preca, Onorevoli Prim Ministru, il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Ministri, Membri Parlamentari, il-membri tal-Bank tal-Ġudikatura u tal-Maġistratura, Presidenti Emeriti. I would like to greet the members of the Diplomatic Corps…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: is-serq riċenti tad-dokumenti huwa reat kriminali

  • Pope Francis said on Sunday (8th November) that the recent stealing and leaking of the Holy See’s confidential documents was “a crime” and “deplorable act that does not help.” But at the same time he said this “sad event” definitely does not in any way deter him from pressing ahead with his planned reforms of the Roman Curia with the help of his advisers…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

  • San Ġwann 2:13-22

     Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ‘il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.’ Mbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?” Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.” Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. Meta mbagħad qam mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru f’dan li kien qal, u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej isaffi l-intenzjoni ta’ kull min jidħol għall-politika u għas-servizz tan-nazzjon” – L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira

  • Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum It-Tifkira. Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew l-President ta’ Malta u s-Sur Preca, l-ogħla awtoritajiet tal-Istat u dinjitarji oħra.

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    8 ta’ Novembru 2015

    L-ewwelnett nixtieq insellem l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: lilek Eċċellenza, Sur Preca, Onorevoli Prim Ministru, il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Ministri, Membri Parlamentari, il-membri tal-Bank tal-Ġudikatura u tal-Maġistratura, Presidenti Emeriti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

  • San Mark 12:38-44

    Hu u jgħallimhom qal ukoll: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa.” Kien qiegħed biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor. Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna. Resqet waħda armla fqira u tefgħet biċċtejn żgħar, jiġifieri xi tliet ħabbiet. Hu sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet iktar  minn  dawk  kollha  li  tefgħu fit-teżor. Għax dawk kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet kull ma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix.”

    Qaddis tal-jum: San Godfrey, Isqof,  Beatu Ġwanni Duns Scotus, O.F.M…

  • Kompli aqra »

Live: L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali f’Jum It-Tifkira

  • Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015, fid-9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum It-Tifkira. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ser jattendu l-President ta’ Malta u s-Sur Preca, l-ogħla awtoritajiet tal-Istat u dinjitarji oħra.

    Segwi LIVE 

  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar Urban

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ippjanar fl-Ibliet li jaħbat nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq tappella lill-Membri Parlamentari kollha biex iwarrbu kull motivazzjoni partiġġana, u jqisu bis-serjetà l-implikazzjonijiet tal-abbozzi ta’ liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp u l-Ħarsien tal-Ambjent, li għandhom jiġu diskussi fil-Parlament.

    Il-gżejjer maltin għandhom x’jitilfu jekk ikollhom sistema dgħajfa ta’ ppjanar ħtija ta’ proċeduri u policies li, minflok iħarsu l-ġid komuni, jissodisfaw l-interessi tal-ftit…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Novembru

  • San Luqa 16:9-15

    U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? Ebda qaddej ma jista’ jaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor…

  • Kompli aqra »

Ħames entitajiet tal-Knisja jibbenefikaw minn €960,000 f’donazzjonijiet

  • It-tfal u l-familji fil-bżonn, ir-refuġjati, il-persuni b’diżabilità u s-saċerdoti morda u anzjani huma fost dawk li bbenefikaw mid-donazzjonijiet tan-nies li nġabru permezz taż-żewġ kampanji ta’ ‘RTK 4 Charity’. Il-ħames benefiċċjarji, li bejniethom ħadu s-somma ta’ 960,000 Ewro, huma:

    Dar tal-Providenza – €936,331

    Uffiċċju Ċentrali Djar tat-Tfal – € 18,302

    Taqsima Refuġjati – € 6,100

    Dar tal-Kleru – € 3,050

    Familji fil-Bżonn Għawdex – € 3,050

    Il-preżentazzjoni ta’ dawn id-donazzjonijiet saret illum fil-Kurja tal-Arċisqof…

  • Kompli aqra »