Arkivji mensili: Novembru 2015

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

  • San Luqa 21:5-11

    Kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?” Qalilhom: “Araw li ma titqarrqux…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Dar Sagra Familja, in-Naxxar

  • Nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar id-Dar tal-Knisja għall-Anzjani ‘Dar Sagra Familja’, in-Naxxar u ċċelebra Quddiesa b’radd il-ħajr fl-okkażjoni tat-22 sena anniversarju tal-ħidma f’din id-dar tal-Azzjoni Kattolika Maltija. L-Arċisqof iltaqa’ wkoll mar-residenti ta’ din id-Dar u bierek plakka kommemorattiva li tfakkar il-ħidma li saret mill-Azzjoni Kattolika matul is-snin. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Holy Family Home, Naxxar

    23 ta’ Novembru 2015

     

    Jiena nixtieq insellem u nirringrazzja lill-Azzjoni Kattolika Maltija tal-ħidma li wettqu f’din id-Dar…

  • Kompli aqra »

Konferenza dwar ir-riformi fit-Tribunali tal-Knisja li jikkonċernaw in-nullitá taż-żwieġ

  • Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Novembru 2015, kienet organizzata Konferenza dwar il-Motu Proprio tal-Papa Franġisku MITIS IUDEX DOMINUS IESUS. Permezz ta’ dan id-dokument, li ġie ippubblikat fit-8 ta’ Settembru 2015 u li ser jidħol fis-seħħ nhar it-Tlieta, 8 ta’ Diċembru 2015, Festa ta’ Marija, Immakulata Kunċizzjoni, il-Papa irriforma l-proċeduri li japplikaw fit-Tribunali tal-Knisja Kattolika Latina, fil-proċessi dwar id-dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ żwieġ…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Il-messaġġ tal-Angelus fil-Ħadd ta’ Kristu Re

  • Pope Francis called for all the faithful everywhere to pray for persecuted Christians on Sunday. Speaking to pilgrims and tourists gathered beneath the window of the Papal apartment in the Apostolic Palace, which overlooks St. Peter’s Square, the Holy Father recalled the beatification in Barcelona on Saturday of Bl. Federico da Berga and his 25 Companions, who were martyred during the course of the Spanish Civil War in the 1930s…

  • Kompli aqra »

Is-Saltna t’Alla hija Saltna ta’ paċi, maħfra u għaqda – L-Arċisqof waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re

  • Nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2015, saret iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa Solenni ta’ Kristu Re, Sultan tal-Ħolqien. Din saret fil-Knisja Arċipretali tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż Żabbar. Din iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna u mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi. Preżenti wkoll l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P.

    Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof irrifletta fuq is-Saltna ta’ Ġesù Kristu. L-Arċisqof qal li s-Saltna t’Alla hija għal din id-dinja imma mhux skont id-dinja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

  • San Luqa 21:1-4

    Rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar  tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti  miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix.”

    Qaddisin tal-jum: San Kolumbanu, Abbati; San Klement 1, Papa u martri

  • Kompli aqra »

Quddiem it-Terroriżmu

  • L-attakki terroristiċi li seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat, fil-belt ta’ Pariġi, fil-belt ta’ Bejrut u f’diversi pajjiżi oħra, jaħsdu r-rutina u s-sigurezza ta’ kull wieħed u waħda minnha. Għalina li nsegwu fil-media, joħolqu wkoll rabja lejn min jipprova jnissel sens ta’ biża’ dwar il-futur.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-festa liturġika ta’ Kristu Re, qal li quddiem it-terroriżmu għandu jkollna l-qawwa li ġejja minn Alla biex nirreżistu t-tentazzjoni li nirrispondu l-vjolenza bi vjolenza jew b’vendetta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Novembru

  • San Ġwann 18:33b-37

    Pilatu raġa’ daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan  tal-Lhud?” Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?” Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja. X’għamilt?” Ġesù wieġeb: “Is-saltna tiegħi m’hijiex ta’ din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta’ din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f’idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati m’hijiex ta’ hawn.” Pilatu qallu: “Mela int sultan?” U Ġesù wieġeb: “Int qiegħed tgħidu; jien sultan…

  • Kompli aqra »

Is-Saltna t’Alla hija Saltna ta’ paċi, maħfra u għaqda – L-Arċisqof waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re

  • Nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2015, saret iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa Solenni ta’ Kristu Re, Sultan tal-Ħolqien. Din saret fil-Knisja Arċipretali tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż Żabbar. Din iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna u mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi. Preżenti wkoll l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P.

    Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof irrifletta fuq is-Saltna ta’ Ġesù Kristu. L-Arċisqof qal li s-Saltna t’Alla hija għal din id-dinja imma mhux skont id-dinja. “Is-Saltna t’Alla hija saltna ta’ paċi, saltna ta’ maħfra u saltna ta’ għaqda”, qal l-Arċisqof…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jitkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta waqt l-Assemblea Djoċesana 2015

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta waqt it-tieni jum tal-Assemblea Djocesana li saret is-Sibt 21 ta’ Novembru 2015, fil-Katekumenju, il-Mosta, fl-istess post fejn kien tlaqqa’ s-Sinodu Djoċesan.

    L-Arċisqof qal li huwa jiġbor il-viżjoni tiegħu għall-Knisja fil-kelma ‘evanġelizzazzjoni’, u qal li hemm bżonn nevanġelizzaw bil-ferħ tagħna. L-ewwel pass tal-evanġelizzazzjoni qal, huwa li niltaqghu mal-Kelma ta’ Ġesù, u nhalluha tisfidana kuljum.

    Spjega li meta nippreżentaw l-Evanġelu nindunaw li dan iċanfarna…

  • Kompli aqra »