Yearly Archives: 2015

Il-Vanġelu tal-jum: 5 ta’ Marzu

    • San Luqa 16:19-31

      “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu. Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna jiltaqa’ mal-kappillani

  • L-Erbgħa 4 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-kappillani tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara. Fil-bidu l-kappillani u l-Arċisqof-elett kellhom ħin ta’ talb fil-kappella tad-Dar tal-Kleru. Id-diskors ta’ merħba sar minn Dun Gordon Refalo, l-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani. Ftit qabel l-Arċisqof kellu ċ-ċans ukoll jiltaqa’ mar-residenti u l-istaff tal-istess Dar.

  • Ritratti: Photocity, Valletta. 

    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Soċjetà li tiskarta lill-anzjani qed iġġorr fiha marda qerrieda

  • “Where the elderly are not honoured, there is no future for the young”. This was the powerful message delivered by Pope Francis during his catechesis on Wednesday, devoted to the elderly.

    Speaking to the crowds gathered in St Peter’s Square for the weekly General Audience the Pope continued in his series of teachings on the family, focusing this time on the role of grandparents…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 4 ta’ Marzu

    • San Mattew 20:17-28

      Huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom:”Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt,  jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum.”

      Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 3 ta’ Marzu

  • San Mattew 23:1-12 Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbru l-filatterji u jtawwlu l-ġmiemen tagħhom. Iħobbu l-postijiet ewlenin fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi, u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejjħulhom Rabbi. Imma intom tħallux min isejjħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. U ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet. Hekk ukoll tħallux min isejjħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jirringrazzja l-Knejjes tal-Afrika ta’ Fuq għall-kuraġġ tagħhom

  • Pope Francis has thanked the Church in Libya and the ecclesial communities in North Africa for their courage and for being a peaceful presence in an area where freedom of conscience is under threat.

    The Pope was addressing members of the Episcopal Conference of North African Bishops, CERNA,   who are in the Vatican for their Ad Limina visit.

    CERNA gathers prelates from Morocco, Algeria, Tunisia and Libya…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof-elett Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Marzu 2015

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015, fis-6.00 ta’ filgħaxija, l-Arċisqof-elett Monsinjur Charles J. Scicluna, ser imexxi pellegrinaġġ penitenzjali u Għasar fil-parroċċa taż-Żurrieq.

    Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu, fil-5.00 ta’ wara nofsinhar, l-Arċisqof-elett ikompli bil-mixjiet penitenzjali ta’ żmien ir-Randan, billi jmexxi pellegrinaġġ fl-Isla, bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur.

    Nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu, solennità ta’ San Ġużepp, fid-9.15 ta’ filgħodu, l-Arċisqof-elett imexxi Quddiesa solenni fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Ġesù jirrivela lilu nnifsu bħala ikona perfetta tal-Missier

  • Before the Angelus the Pope recalled Sunday’s Gospel on the Transfiguration in which Jesus “is at the peak of his public ministry. The Holy Father explained that Jesus is on his way to Jerusalem, where the prophecies of the ‘Servant of God’ will be fulfilled.

    The crowds, he added, facing the prospect of a Messiah that does not fit their earthly expectations, abandoned him…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 2 ta’ Marzu

  • San Luqa 6: 36-38

    Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. “Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra; agħtu, u jingħatalkom. Kejl tajjeb, marsus, mheżheż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom.” 
     

    Qaddis tal-jum:  San Simpliċitu, Papa

  • Kompli aqra »