Yearly Archives: 2015

Il-Vanġelu tal-jum – 3 ta’ Frar

    • San Mark 5:21-43

      Wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, nxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix.” U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja

  • Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Għal din il-Quddiesa ġew mistiedna wkoll koppji li qed jistennew tarbija.  L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Frar 2015
    Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħadd toffrilna l-opportunità li nieqfu ftit fil-mixja tal-ħajja u ngħidu grazzi…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja

  • Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Għal din il-Quddiesa ġew mistiedna wkoll koppji li qed jistennew tarbija. 

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja

  • Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħadd toffrilna l-opportunità li nieqfu ftit fil-mixja tal-ħajja u ngħidu grazzi…

  • Kompli aqra »

L-intenzjonijiet għat-talb matul ix-xahar ta’ Frar mill-Papa Franġisku

  • The general prayer intention of the Holy Father Pope Francis, for the month of February, is for prisoners, especially the young, that they may be able to rebuild lives of dignity. 

    One of the first gestures of Pope Francis, soon after his March 13, 2013 election, moved or rather shocked the world.  He broke with tradition and celebrated Holy Thursday Mass of the Lord’s Supper in the Holy Week in a juvenile prison of Rome, instead of a Rome Basilica, washing and kissing the feet of 12 young detainees of different nationalities and faiths, including two women…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 2 ta’ Frar

    • Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej San Luqa 2:22-40 Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej. F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 1 ta’ Frar

    • San Mark 1:21-28
      ​ U daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu  s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: ‘Il-Qaddis ta’ Alla’.” Imma Ġesù kkmandah: “Iskot,” qallu,”u oħroġ minnu.” Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu. U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: “Dan x’inhu? …
  • Kompli aqra »

Postijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena Kindergarten u fl-Ewwel Sena Primarja

  • Postijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena Kindergarten

    Fit-2, it-3 u d-9 ta’ Frar ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tat-tielet kriterju “Applikanti Oħra” għall-ewwel sena kindergarten għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016. Aktar dettalji jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul li jinsabu fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta.

    F’Novembru 2014 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2015 għas-sena skolastika 2015-2016. Hawn taħt qed nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Kindergarten…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Jannar

  • San Mark 4:35-41  Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu m’hu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! …
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Isqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Frar 2015

  • Il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2015, fil-11.00 a.m., l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja. Fis-6.30 ta’ filgħaxija, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, fil-knisja parrokkjali tal-Fgura, f’għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif ta’ din il-parroċċa.

    Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar, festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej fit-tempju, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Ħajja Kkonsagrata. Fit-8.30 ta’ filgħodu, l-Isqof Charles J…

  • Kompli aqra »