Yearly Archives: 2015

Ir-reazzjoni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-attakki f’Pariġi

  • L-Arcisqof Charles J. Scicluna wassal ir-reazzjoni tiegħu għall-attakki f’Parigi, dalgħodu fuq l-istazzjon RTK, waqt il-programm ‘Newsbook’ ippreżentat minn Jes Saliba.

  • “L-ewwelnett nixtieq nuri solidarjetà, anki f’isem il-Knisja Maltija, mal-poplu Franċiż kollu u mal-qraba tal-vittmi. Ejjew nitolbu ħafna għall-vittmi li huma numerużi. Nikkundannaw bla riżerva l-atti terroristiċi li qegħdin jippruvaw ikissru il-mod paċifiku kif aħna ngħixu. It-target ta’ dawn in-nies bla qalb kienu stadium tal-futbol, venue ta’ kunċert u restaurants…

  • Kompli aqra »

Ir-reazzjoni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-attakki f’Pariġi

  • L-Arcisqof Charles J. Scicluna wassal ir-reazzjoni tiegħu għall-attakki f’Parigi, dalgħodu fuq l-istazzjon RTK, waqt il-programm ‘Newsbook’ ippreżentat minn Jes Saliba. “L-ewwelnett nixtieq nuri solidarjetà, anki f’isem il-Knisja Maltija, mal-poplu Franċiż kollu u mal-qraba tal-vittmi. Ejjew nitolbu ħafna għall-vittmi li huma numerużi. Nikkundannaw bla riżerva l-atti terroristiċi li qegħdin jippruvaw ikissru il-mod paċifiku kif aħna ngħixu. It-target ta’ dawn in-nies bla qalb kienu stadium tal-futbol, venue ta’ kunċert u restaurants…
  • Kompli aqra »

Dokument ta’ Pożizzjoni: “L-iffriżar tal-embrijuni mhux meħtieġ xjentifikament u mhux raġonevoli”

  • “It-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-riżultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas huwa raġonevoli.”

    Din hija waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ grupp ta’ esperti fil-qasam tal-mediċina, il-liġi, il-psikoloġija, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, l-istudji tad-diżabbiltà, il-filosofija u t-teoloġija, imqabbda mill-Konferenza Episkopali Maltija biex jipprepara studju fuq it-tibdil li l-Gvern jidher li qed iħejji biex idaħħal fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (2012)…

  • Kompli aqra »

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2016

  • Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2016-2017 ġew ippublikati fuq il-websajt www.thechurchinmalta.org.

    B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,557 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtela’ dakinhar stess.  Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma mniżżla fir-Regolamenti…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq

  • Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-Kulleġġ ta’ San Injazju, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi, fejn iltaqa’ mal-istudenti tal-Forms 3, 4 u 5, u l-istaff tal-Kulleġġ. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ iwieġeb il-mistoqsijiet tal-istudenti f’laqgħa fis-sala tal-iskola u iddjaloga magħhom.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

  • Kompli aqra »

Dokument ta’ Pożizzjoni: “L-iffriżar tal-embrijuni mhux meħtieġ xjentifikament u mhux raġonevoli”

“It-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-riżultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas huwa raġonevoli.”

Din hija waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ grupp ta’ esperti fil-qasam tal-mediċina, il-liġi, il-psikoloġija, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, l-istudji tad-diżabbiltà, il-filosofija u t-teoloġija, imqabbda mill-Konferenza Episkopali Maltija biex jipprepara studju fuq it-tibdil li l-Gvern jidher li qed iħejji biex idaħħal fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (2012)… Kompli aqra »

L-Assemblea Djoċesana 2015 u l-festa ta’ Kristu Re

  • Il-Knisja f’Malta se tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana, b’format ġdid din is-sena, nhar il-Ġimgħa 20 u s-Sibt 21 ta’ Novembru 2015, fil-Katekumenju, il-Mosta.

    Il-laqgħa tal-Ġimgħa filgħaxija, li tibda fis-6:45 p.m. se tiffoka fuq il-pastorali tal-familja. L-Isqof Mario Grech se jagħmel preżentazzjoni fid-dawl tal-esperjenza tiegħu fis-Sinodu tal-Isqfijiet.

    Is-Sibt fid-9:30 a.m., ir-Rev. Prof. Emmanuel Agius se jagħti preżentazzjoni tal-position paper ippreparata minn grupp ta’ esperti, rigward il-prokreazzjoni umana assistita…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Valletta Summit

  • Fl-okkażjoni tal-Valletta Summit li qed jiġbor madwar mejda waħda l-mexxejja tal-Unjoni Ewropeja u ta’ pajjiżi tal-kontinent tal-Afrika, aħna l-Isqfijiet nesprimu l-apprezzament tagħna għar-rieda tajba u l-impenn li qed jintwerew sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti biex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.

    F’dawn is-sigħat, pajjiżna qed jgħix il-missjoni nobbli tiegħu li jkun pont bejn iż-żewġ kontinenti u jkun post fejn bħala bnedmin inwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna, noħorġu mill-għeluq tat-tiftix esklussiv tal-interessi nazzjonali, u nissaħħu fl-ispirtu ta’ ospitalità u ta’ responsabiltà li għandna…

  • Kompli aqra »