Yearly Archives: 2015

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Novembru

  • San Luqa 18:1-8

    Mbagħad qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu, ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’ Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal, ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejjqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.’ “U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid  l-imħallef il-ħażin. Mbagħad Alla, lill-magħżulin tiegħu li jgħajjtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq? …

  • Kompli aqra »

Dokument ta’ Pożizzjoni: “L-iffriżar tal-embrijuni mhux meħtieġ xjentifikament u mhux raġonevoli”

  • “It-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-riżultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas huwa raġonevoli.”

    Din hija waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ grupp ta’ esperti fil-qasam tal-mediċina, il-liġi, il-psikoloġija, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, l-istudji tad-diżabbiltà, il-filosofija u t-teoloġija, imqabbda mill-Konferenza Episkopali Maltija biex jipprepara studju fuq it-tibdil li l-Gvern jidher li qed iħejji biex idaħħal fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (2012)…

  • Kompli aqra »

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2016

  • Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2016-2017 ġew ippublikati fuq il-websajt www.thechurchinmalta.org.

    B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,557 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtela’ dakinhar stess.  Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma mniżżla fir-Regolamenti…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq

  • Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-Kulleġġ ta’ San Injazju, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi, fejn iltaqa’ mal-istudenti tal-Forms 3, 4 u 5, u l-istaff tal-Kulleġġ. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ iwieġeb il-mistoqsijiet tal-istudenti f’laqgħa fis-sala tal-iskola u iddjaloga magħhom.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

  • Kompli aqra »

Dokument ta’ Pożizzjoni: “L-iffriżar tal-embrijuni mhux meħtieġ xjentifikament u mhux raġonevoli”

“It-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-riżultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas huwa raġonevoli.”

Din hija waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ grupp ta’ esperti fil-qasam tal-mediċina, il-liġi, il-psikoloġija, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, l-istudji tad-diżabbiltà, il-filosofija u t-teoloġija, imqabbda mill-Konferenza Episkopali Maltija biex jipprepara studju fuq it-tibdil li l-Gvern jidher li qed iħejji biex idaħħal fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (2012)… Kompli aqra »

L-Assemblea Djoċesana 2015 u l-festa ta’ Kristu Re

  • Il-Knisja f’Malta se tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana, b’format ġdid din is-sena, nhar il-Ġimgħa 20 u s-Sibt 21 ta’ Novembru 2015, fil-Katekumenju, il-Mosta.

    Il-laqgħa tal-Ġimgħa filgħaxija, li tibda fis-6:45 p.m. se tiffoka fuq il-pastorali tal-familja. L-Isqof Mario Grech se jagħmel preżentazzjoni fid-dawl tal-esperjenza tiegħu fis-Sinodu tal-Isqfijiet.

    Is-Sibt fid-9:30 a.m., ir-Rev. Prof. Emmanuel Agius se jagħti preżentazzjoni tal-position paper ippreparata minn grupp ta’ esperti, rigward il-prokreazzjoni umana assistita…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:26-37

    “U bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; mbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll.  L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawwlu, jibnu, imma dak in-nhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll. Hekk ikun  il-Jum li fih jidher Bin il-bniedem. F’dak il-Jum, min ikun fuq  il-bejt u jkollu ħwejġu ġewwa fid-dar, iqis li ma jinżilx jeħodhom; hekk ukoll min ikun fir-raba’, iqis li ma jerġax lura. Ftakru fil-mara ta’ Lot! “Min ifittex isalva ħajtu, jitlifha; iżda min jitlifha, isalvaha. Ngħidilkom li, f’dak il-lejl, tnejn ikunu f’sodda waħda: wieħed minnhom jittieħed u l-ieħor jitħalla; żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien; waħda minnhom tittieħed u l-oħra titħalla.” Qalulu: “Fejn, Mulej?” U hu weġibhom: “Fejn ikun hemm il-ġisem mejjet, hemm l-isqra jinġabru.”

    Qaddisin tal-jum: San Frances Xavier Cabrini,  Santa Agostina Livia Pietrantoni

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Valletta Summit

  • Fl-okkażjoni tal-Valletta Summit li qed jiġbor madwar mejda waħda l-mexxejja tal-Unjoni Ewropeja u ta’ pajjiżi tal-kontinent tal-Afrika, aħna l-Isqfijiet nesprimu l-apprezzament tagħna għar-rieda tajba u l-impenn li qed jintwerew sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti biex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.

    F’dawn is-sigħat, pajjiżna qed jgħix il-missjoni nobbli tiegħu li jkun pont bejn iż-żewġ kontinenti u jkun post fejn bħala bnedmin inwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna, noħorġu mill-għeluq tat-tiftix esklussiv tal-interessi nazzjonali, u nissaħħu fl-ispirtu ta’ ospitalità u ta’ responsabiltà li għandna…

  • Kompli aqra »

“Tinsew qatt id-dimensjoni spiritwali fil-ħajja tagħkom” – L-Arċisqof lill-gradwati l-ġodda tal-Università

  • Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, iċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-Università ta’ Malta li se jiggradwaw fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Quddiesa saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    11 ta’ Novembru 2015

    L-ewwelnett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illejla…

  • Kompli aqra »