Yearly Archives: 2015

“Min hu Ġesù għalija?” – il-Papa Franġisku

  • “Who is Jesus for me?” At the end of his Angelus address on Sunday, Pope Francis called on the faithful to ask themselves this question. “Who is Jesus for me? Is He simply a name? an idea? A person from history? Or is He really someone who loves me, Who gave His life for me, and walks with me?”

    The Pope asked if we would remain with Jesus, referring back to the day’s Gospel…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 t’Awwissu

    • San Ġwann 1, 45-51

      Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 t’Awwissu

  • San Ġwann 6, 60-69

    Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?” Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 t’Awwissu

    • San Luqa 1, 26-38

      Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla…

  • Kompli aqra »

The Man from U.N.C.L.E.

  • ***

    Direttur:        Guy Ritchie

    Atturi:            Henry Cavill, Armie Hammer, Alicia Vikander

    Ħin:                106 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Napoleon Solo għamel ħafna flus jinnegozja antikitajiet misruqa wara t-tieni gwerra u kien iħobb jitħallat mas-sinjuri. Meta inqabad, ingħata l-għażla li jew jintbagħat il-ħabs jew li jibda jaħdem għas-CIA, u hu għażel din ta’ l-aħħar, u sar aġent tal-United Network Command for Law and Enforcement (U.N.C.L.E.), li l-għan tagħha kien li tegħleb lill-aġenzija opposta Russa li riedet tikseb dominanza globali fi żmien il-gwerra bierda…

  • Kompli aqra »

PIXELS

  • ****
     

    Direttur:          Chris Columbus

    Atturi:              Adam Sandler, Kevin James, Michelle Monaghan, Peter Dinklage, Josh Gad, Brian Cox, Ashley Benson u Jane Krakowski

    Ħin tal-film:    105 min
     

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12
     

    Fis-sajf ta’ l-1982, iż-żagħżugh Sam Brenner jidħol għal-kompettizzjoni mondjali f’logħba tal-vidjowgejms. Fl-istess żmien, in-NASA  bagħtet  kapsula fl-ispazju li fiha kien hemm elementi tal-kultura preżenti fid-dinja tagħna…

  • Kompli aqra »

Southpaw

  • ****

    Direttur:        Antoine Fuqua

    Atturi:            Jake Gyllenhaal, Forest Whitaker, Rachel McAdams, Oona Laurence

    Ħin:                124 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18
     

    Billy “The Great” Hope ikun il-middleweight champion li qatt għadu ma’ ġie megħlub. Iżda issa li beda jikber fiż-żmien Billy beda juri vulnerabilita’: qed jaqla’ aktar daqqiet u fl-aħħar ġlieda li kellu jkollu jitħabat ħafna biex jirbah…

  • Kompli aqra »

Reazzjoni tal-Kummissjoni Ambjent għat-tliet Abbozzi ta’ Liġi dwar il-qasma tal-MEPA

  • Abbozz ta’ liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp 2015

    Abbozz ta’ liġi dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u tal-Ippjanar, 2015

    Abbozz ta’ liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, 2015

    Sa mill-2009, meta l-ħsieb li l-MEPA tinqasam f’żewġ awtoritajiet separati (waħda tieħu ħsieb l-iżvilupp u l-oħra l-ambjent) kien għadu lanqas biss ġie propost bħala wegħda elettorali, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) dejjem qieset dan il-pass bħala importanti u meħtieġ…

  • Kompli aqra »

Ħniena lejn l-immigranti – Il-Papa Franġisku

  • Pope Francis has chosen as the theme for the 2016 World Day for Migrants and Refugees the theme: Migrants and refugees challenge us. The response of the Gospel of Mercy. A communique released by the Pontifical Council for the Pastoral Care of Migrants and Itinerant People said the choice of this theme fits in well within the context of the upcoming Jubilee Year of Mercy proclaimed by the Pope…

  • Kompli aqra »