Yearly Archives: 2015

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:29-33

    Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.” Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m’iniex, għax il-Missier huwa miegħi Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

  • San Ġwann 17:11b-19 Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi. Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma m’humiex tad-dinja, kif jiena m’iniex tad-dinja. Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin. Huma m’humiex tad-dinja bħalma jiena m’iniex tad-dinja. Qaddishom permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità. Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja. U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi

  • Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof ta’ l-Ministeru tal-Lettorat lis-seminaristi Ryan Lee Pace, Mark Spiteri u Sinclair Bugeja, fil-parroċċa tal-Iklin.

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Paroċċa tal-Familja Qaddisa, l-Iklin 14 ta’ Mejju 2015 Għeżież Mark, Ryan u Sinclair,  Huwa ta’ ferħ kbir għalija li nistitwikom Letturi, f’din il-parroċċa għażiża tal-Familja Mqaddsa.  Nixtieqkom b’mod speċjali tieħdu bħala tifkira importanti ta’ dan il-jum, it-Tieni Qari li smajna, fejn l-appostlu Missierna jitkellem dwar il-kelma ta’ Alla bħala don mogħti lilna b’xejn, u li għalkemm jista’ jagħtina d-drittijiet tal-għixien, m’għandux ikun għalina la mottiv ta’ poter wisq inqas t’ arroganza…
  • Kompli aqra »

Id-direttur tad-Dar tal-Providenza jikteb lill-Arcisqof biex jibda l-process ta’ beatifikazzjoni ta’ Mons. Mikiel Azzopardi

  • Nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju 2015, ġiet ipprezentata ittra bit-Talba għall-bidu tal-Proċess għall-kawża tal-Beatifikazzjoni u l-Kanonizazzjoni ta’ Monsinjur Mikiel Azzopardi, Fundatur tad-Dar tal-Providenza u Appostlu tal-Providenza Divina. Din ġiet ippreżentata lill-Arcisqof Charles J. Scicluna mid-direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

    Agħfas hawn sabiex tniżżel l-ittra.

  • Kompli aqra »

Appell mill-KSMR kontra l-bini ta’ ‘shooting range’ biswit Mount St Joseph

    • Il-Kunsill Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi (Malta) (KSMR), illi jirrappreżenta id-29 Ordni Reliġjuż f’Malta u Għawdex, jappoġġja bis-sħiħ lill-Aħwa Ġizwiti Maltin fl-appell tagħhom kontra l-proposta illi tinbena ‘shooting range’ biswit id-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph, l-ewwel u qabel kollox għax jemmen li din hija kawża ġusta. Il-fatt li d-Dar tal-Irtiri Mt St Joseph ilha mibnija dawn is-snin kollha u tat servizz lil tant persuni li jmorru f’dan il-post sabiex jgħaddu żmien fil-kwiet ta’ talb u dixxerniment, għandha tibqa’ żżomm l-identita’ tagħha bħala dar tal-Irtiri. 

  • Fuq kollox din id-dar hija dar ta’ preżenza għall-Aħwa Ġiżwiti Maltin li nbniet b’tant sagrifiċċji mhux biss tagħhom imma wkoll ta’ tant persuni oħra li għenu b’modi differenti sabiex Malta jkollha djar bħal dawn li huma ftit ħafna, minkejja l-bżonn tagħhom dejjem qiegħed aktar jinħass. 

    Din l-istqarrija inħarrġet bl-appoġġ sħiħ tal-membri kollha tagħha: De La Salle Brothers – Br Martin Borg; Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl – Fr Frankie Cini; il-Patrijiet Franġiskani Minuri – Fr Richard Stanley Grech; il-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini – Fr Martin Micallef; il-Patrijiet Franġiskani Konventwali – Fr Alfred Calleja;  il-Patrijiet Karmelitan – Fr Alexander Vella; il-Patrijiet Karmelitani Skalzi – Fr Emanuel Schembri; il-Patrijiet Dumnikani – Fr Frans Micallef; il-Patrijiet Agostinjani – Fr Ray Francalanza; is-Sależjani – Fr Paul Formosa; il-Ġiżwiti – Fr Patrick Magro; is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija – Sr Mary Grace Mercieca; is-Soriijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’ – Superjura Ġenerali Sr Pauline Farrugia u s-Superjuri Provincjali; Ulied il-Qalb ta’ Gesu – Sr Rita Vella;  is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ – Sr Josephine Xuereb; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara (Għawdex) – Sr Elsa Gretter; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara (Malta) – Sr Theresa Curmi; is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija – Sr Josephine Azzopardi; is-Sorijiet Missjunarji ta’ Ġesu’ Nazzarenu – Sr Consuelo Debono; is-Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ – Sr Therese Curmi; is-Sorijiet Dumnikani –  Sr Carmelita Borg; is-Sorijiet Agostinjani – Sr Atanasia Buhagiar;  Little Sisters of the Poor – Sr Marie An Sean Sook; is-Sorijiet tal-Bon Pastur – Sr Doris Saliba; Sisters of the Sacred Heart – Sr Carmen Valentino; is-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparazzjoni – Sr Cecilia Schembri; is-Sorijiet tal-Karita’ – Sr Maria Salvina Bezzina; is-Sorijiet tad-Dorotej – Sr Frances Galea; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara – Sr Roberta Spiteri…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Balzan

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna O.P. ħatar lil Mons. Dun Karm Farrugia bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Balzan. Dun Karm Farrugia twieled fit-8 ta’ Mejju 1950. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja f’Ħal Qormi (San Ġorġ), l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo tal-Ħamrun, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Junior College (fil-bini tal-Università l-Qadima), il-Belt Valletta. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta. Dun Karm ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Ġunju 1977…
  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Lija

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Joseph Cilia bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Lija. Dun Joseph Cilia twieled il-Pietà fit-30 ta’ Diċembru 1971. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Mosta, fl-iskola sekondarja tan-Naxxar, ta’ Raħal Ġdid u ta’ San Mikiel, Santa Venera. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija u tal-Arti (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta. Dun Joseph ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Awwissu 2001…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:23b-28 Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. “Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier. Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla. Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa’ nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier.”

    Qaddisin tal-jum: San Brendan u  Santa Ġemma Galgani

  • Kompli aqra »

Imwaqqfa Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja (Church Schools Association)

  • Twaqqfet ic-Church Schools Association (CSA) b’viżjoni ċara kif imfisser fl-Istatut tal-Assoċjazzjoni: “Imnebbħa mill-Evanġelju u mit-tagħlim tal-Knisja, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja (CSA) toffri appoġġ professjonali u morali lill-Kapijiet tal-Iskejjel li tirrappreżenta sabiex jipprovdu edukazzjoni Kattolika integrali mill-aqwa lill-istudenti kollha fl-Iskejjel tal-Knisja. Bħala Kapijiet tal-Iskejjel tal-Knisja:
    • Noħolqu network ta’ ħidma biex titħares u tissaħħaħ l-identità u l-missjoni tal-iskejjel tagħna u biex din l-istess identità tkun rappreżentata f’kumitati governattivi, tal-Knisja, kif ukoll f’assoċjazzjonijiet pertinenti oħra, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali…
  • Kompli aqra »

Li tilqa’ tifel ċkejken huwa att ta’ tama kbira fl-umanità – L-Arċisqof

  • Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-wasla tal-urna bil-fdalijiet ta’ San Ġwann Bosco, fil-knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Ħal Qormi.  L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal-Qormi 15 ta’ Mejju 2015  

    “Min jilqa’ wieħed minn dawn iż-żgħar, ikun jilqa’ lili” (Mt 18,8). Ma nafx x’kellu f’moħhu San Ġwann Bosco dakinhar li ta ħarsa lejn il-mamà tiegħu Margerita, u pproponilha li jilqgħu l-ewwel tifel fid-dar tal-kenn li hu beda f’Torino, mitejn sena ilu…

  • Kompli aqra »