Yearly Archives: 2015

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

    • San Ġwann 14:21-26 

      Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.” Ġuda – l-ieħor, mhux   l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Ringrazzjament f’Ħal Lija

  • Il-Ħadd 3 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija fejn huwa residenti, b’radd il-ħajr għaċ-ċerimonja tal-Ingress Solenni li saret f’Marzu li għadda. L-Arċisqof ħalla r-residenza tiegħu akkumpanjat mill-ġenituri tiegħu, il-Kleru tal-Parroċċa u l-Banda Piju X, u wara segwiet iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija 3 ta’ Mejju 2015 Nirringrazzja lill-parroċċa għażiża tiegħi, Ħal-Lija, talli llum stednitni biex ngħid grazzi lill-Mulej flimkien magħkom…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Ringrazzjament f’Ħal Lija

  • L-Omelija tal-Arċisqof
      Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija 3 ta’ Mejju 2015 Nirringrazzja lill-parroċċa għażiża tiegħi, Ħal-Lija, talli llum stednitni biex ngħid grazzi lill-Mulej flimkien magħkom. Ngħid grazzi lill-Mulej ta’ din is-sejħa ġdida li għamilli, u li qiegħed jagħmilli kuljum permezz tad-deċiżjoni tal-Papa Franġisku li jaħtarni r-ragħaj tagħkom. Fit-8 ta’ Diċembru 2012, aħna fraħna flimkien wara l-konsagrazzjoni tiegħi bħala Isqof, suċċessur tal-appostli, għax huwa tassew rigal sabiħ għall-parroċċa li wieħed minn uliedha jiġi kkonsagrat Isqof…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

    • San Ġwann 15:1-8

      “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

    • San Ġwann 14: 7-14 Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! …
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Mejju 2015

  • Illum, il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħatra tal-Kappillan tal-Imġarr, Mons. Kalċidon Vassallo. Wara mument ta’ talb fil-Knisja taż-Żebbiegħ, jitlaq korteo għall-Knisja Parrokkjali. Il-Quddiesa tibda fis-7.00 p.m.

    Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Mejju, fil-10:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-ewwel Quddiesa solenni bħala Arċisqof ta’ Malta fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    It-Tlieta, 5 ta’ Mejju, fis-6.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14: 1-6

    “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer…

  • Kompli aqra »

Festa tal-Madonna ta’ Pompej

  • Il-festa tal-Madona tar-Rużarju ta Pompej, fil-Knisja tal-Ġiżwiti, l-Belt Valletta, se tiġi ċċelebrata nhar
    il-Ġimgħa, 8 ta’ Mejjju.

    Ħinijiet tal-Quddies se jkunu: fis-6.30, 7.00,  8.00, 9.00, 10.00, 11.00 a.m. u 12.30 p.m.

    • Fil-11.30 a.m. se tiġi ċċelebrata Quddiesa mmexxija mis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.
    • F’nofsinhar se tinqara s-Supplika mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta
    • 12.30 p.m.  L-E.T.  Mons. Arcisdqof Scicluna se jqaddes għall-impjegati tal-Belt…
  • Kompli aqra »