Yearly Archives: 2015

Il-Papa jordna saċerdoti ġodda għad-djoċesi ta’ Ruma

  • On Sunday, Pope Francis presided over the ordinations of priests for the diocese of Rome in Saint Peter’s Basilica, reminding them they are ministers of unity in the Church. Most of the 19 men ordained 26 April were part of Roman seminaries, including the Pontifical Roman Seminary, the Redemptoris Mater diocesan college, and the Madonna del Divino Amore seminary. In off-the-cuff remarks during his homily for morning Mass, Pope Francis had advice for those about to be ordained…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 t’April

  • San Ġwann 10:1-10

    “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj  tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra. U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu. Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx.” Din il-parabbola qalilhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x’ried jgħidilhom biha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 t’April

    • San Ġwann 10:11-18 Jiena r-ragħaj  it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li m’huwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ m’humiex tiegħu, jara  l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ. Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti. Għandi wkoll nagħaġ oħra, li m’humiex minn dan il-maqjel; lilhom ukoll jeħtieġ li niġbor, u huma jisimgħu leħni, u jkun hemm merħla waħda, ragħaj wieħed.  Għalhekk iħobbni  l-Missier, għax jien nagħti ħajti, biex nerġa’ neħodha. Ħadd ma jeħodhieli, iżda jien nagħtiha minn rajja…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 t’April

    • San Mark 16: 15-20

      U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu. U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Vokazzjoni.com: spazju ġdid online għal riflessjoni spiritwali għaż-żgħażagħ

  • Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesani qed iniedi mill-ġdid is-sit onlajn www.vokazzjoni.com. L-iskop ta’ dan is-sit elettroniku huwa li jinħoloq spazju għaż-żagħżagħ sabiex jisimgħu u jiskopru s-sejħa t’Alla għalihom. Is-sit jinkludi fih filmati bi ħsieb ta’ kull ġimgħa, newsletter u kalendarju bl-attivitajiet. Is-sit jista’ jiġi wkoll aċċessat b’mod iktar faċli fuq mobile phone. Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet jinsab ukoll fuq facebook (agħfas hawn sabiex taċċessa), fejn tista’ tirċievi aħbarijiet u riflessjonijiet b’mod kontinwu…

  • Kompli aqra »

Id-Dinjità Umana: taħditiet minn Anna Halpine

  • “Effective ways of promoting human dignity” has been conceived in order to generate awareness of initiatives that promote human dignity in an effective and creative way.

    The main speaker of the following three events is Anna Halpine, founder of World Youth Alliance and CEO of Fertility Education and Medical Management (FEMM) Foundation – an organization dedicated to a knowledge-based health programme for women…

  • Kompli aqra »

Paul Blart: Mall Cop 2

  • ***

    Direttur: Andy Fickman

    Atturi: Kevin James, Neal McDonough, Daniela Alonso, David Henrie, Raini Rodriguez, Loni Love, D. B. Woodside, Eduardo Verastegui u Gary Valentine

    Ħin tal-Film: 94 min

    Klassifika taċ-Ċensura: PG

    Klassifika tal-Knisja: PG

    Paul Blart jinsab  divorzjat mit-tieni mara tiegħu b’riżultat li kien jinsab f’qagħda tassew inkwietat  u mdejjaq…

  • Kompli aqra »

Avengers: Age of Ultron

  • ****

    Direttur: Joss Whedon

    Atturi: Robert Downey Jr., Chris Hemsworth, Mark Ruffalo, Chris Evans, Scarlett Johanson, Jeremy Renner, Don Cheadle,  Aaron Taylor-Johnson u Elizabeth Olsen

    Ħin tal-Film: 142 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12

    Tony Stark jipprova jittanta jerġa’ jibda l-programm li l-għan tiegħu  kien li jżomm il-paċi. Iżda sfortunatament,  l-affarijiet xejn ma jmorru tajjeb tant li l-protagonisti  tagħna li jinkludi lil  Iron Man, Captain America,  Thor,  Hulk, Black Widow u Haekeye jiġu msejjħa biex jintervienu f’sitwazzjoni li jekk ma jirnexxielhomx,  kien ifisser it-tmiem tal-pjaneta tagħna…

  • Kompli aqra »

Il-Papa f’Jum id-Dinja: le għall-użu bla rażan tal-pjaneta

    • Pope Francis has appealed to mankind not manipulate or exploit the planet. Speaking at the end of the weekly General Audience in St. Peter’s Square the Pope noted that on April 22 we celebrate Earth Day.

      “I exhort everyone to see the world through the eyes of God the Creator: the earth is an environment to be safeguarded, a garden to be cultivated” he said. Francis continued: “The relationship of mankind with nature must not be conducted with greed, manipulation and exploitation, but it must conserve the divine harmony that exists between creatures and Creation within the logic of respect and care, so it can be put to the service of our brothers, also of future generations”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 t’April

  • San Ġwann 6: 52-59

    Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb. Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija. Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; m’huwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem.” Dan qalu huwa u jgħallem fis-sinagoga, f’Kafarnahum…

  • Kompli aqra »