Yearly Archives: 2015

Il-Kurċifiss Modern

  • Il-Knisja f’Malta hija mnikkta bit-traġedji umani li qed iseħħu madwarna fil-baħar Meditteran. In-Nisrani konvint ma jistax jibqa’ indifferenti quddiem dak li qed jiġri lil tant bnedmin li, bit-tama li jfittxu ħajja aħjar, qed jispiċċaw jitilfu l-ikbar rigal li tagħna Alla, il-ħajja. L-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeskriva ritratt xokkanti li qed jiċċirkola fil-media, tal-ġisem mejjet ta’ tifel b’idejħ miftuħin fuq ix-xtut Libjani,  bħala “l-kurċifiss modern”…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Evitaw t-tentazzjoni li tbiddlu l-fidi mal-poter tad-dinja

  • May the witness of the martyrs help us to avoid the temptation of transforming our faith into power. Those were Pope Francis’ words during his homily at the morning Mass in the Casa Santa Marta on Monday, as he reflected on the Gospel story of the crowds who come searching for Jesus following the multiplication of the loaves and the fishes…

  • Kompli aqra »

Taħdita Annwali ta’ San Tumas t’Akwinu

  • Il-Fakulta’ tat-Teoloġija u l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed jorganizzaw it-taħdita Annwali ta’ San Tumas t’Akwinu, li se ssir nhar il-Ħamis 23 ta’ April fis-7:00 p.m., fl-awditorium tal-Università l-Qadima, il-Belt Valletta.

    Rev. Prof William Henn O.F.M. Cap., mill-Universita’ Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, se jitkellem fuq Tumas t’Akwinu, Yves Congar u l-Unita’ fil-Fidi.

    Agħfas hawn għal iktar informazzjoni. 

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 t’April

  • San Ġwann 6: 30-35

    Qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’ “Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.” “Sinjur,” qalulu huma, “agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja…

  • Kompli aqra »

Il-Professjoni Solenni ta’ Sr Lilian Borg u l-25 Sena mill-Professjoni ta’ Sr Christine Borg fil-Festa tal-Ħniena Divina

  • Nhar it-12 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra quddiesa għall-Professjoni Solenni ta’ Sr Lilian Borg u l-25 Sena mill-Professjoni ta’ Sr Christine Borg fil-Festa tal-Ħniena Divina, fil-Monasteru ta’ Sant’Ursola l-Belt Valletta.

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Il-Madre Prijura Sr Celina Sultana OSJ u Sr Christine Borg jakkumpanjaw lil Sr Lilian Borg fl-okkażjoni tal-investitura tagħha fil-15 ta’ Novembru 2009 (Ritratt: www.orderofmalta-malta.org.mt).

    Monasteru ta’ Sant’ Ursola, Valletta

    12 ta’ April 2015

    Sr Lilian, ippermettili nindirizzalek ħsieb qasir mibni fuq frażi ċkjejkna mill-Vanġelu (Ġw 20,19-31) li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

‘Dawn huma rġiel u nisa bħalna, ifittxu ħajja aħjar’ – Il-Papa

  • Pope Francis has appealed to the international community to take swift and decisive action to avoid more tragedies of migrants seeking a better life. His heartfelt cry to the world came following news of the sinking of yet another boat carrying migrants in the Mediterranean Sea in which it is feared 700 people may be dead.

    The Pope was speaking on Sunday morning after the Regina Coeli prayer in St…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 t’April

    • San Ġwann 6: 22-29

      L-għada, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr. Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Publju

  • Knisja Parrokkjali tal-Furjana

    19 t’April 2015

    Eċċellenza, għażiża President ta’ Malta, Sur Preca,

    Personalitajiet distinti, inkluż il-kap tal-Oppożizzjoni,

    Għalija, bħala Ragħaj ta’ din id-djoċesi għażiża, huwa ta’ ferħ u ta’ privileġġ, imma anke ta’ responsabbiltà li nwassal messaġġ mhux biss lill-parroċċa għażiża tal-Furjana, imma lil Malta, f’din is-solennità ta’ San Publju…

  • Kompli aqra »

Taħdita pubblika minn Rev Dr James Alison

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Publju

  • Il-Ħadd 19 t’April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Publju, fil-Knisja Parrokkjali tal-Floriana. 

    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Eċċellenza, għażiża President ta’ Malta, Sur Preca,

    Personalitajiet distinti, inkluż il-kap tal-Oppożizzjoni,

    Għalija, bħala Ragħaj ta’ din id-djoċesi għażiża, huwa ta’ ferħ u ta’ privileġġ, imma anke ta’ responsabbiltà li nwassal messaġġ mhux biss lill-parroċċa għażiża tal-Furjana, imma lil Malta, f’din is-solennità ta’ San Publju…

  • Kompli aqra »