Yearly Archives: 2015

Il-Papa Franġisku: evanġelizza, ‘tirriklamax’ u tkellem ċar

  • The Church is a place of “openness” where people should say things with frankness.  That’s what Pope Francis said at the morning Mass at Casa Santa Marta in the Vatican on Monday.  The Pontiff added that only the Holy Spirit is able to change our attitude, the story of our lives, and to give us courage – just as the Apostles were inspired by Christ’s Resurrection…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 t’ April

  • San Ġwann 3: 7b-15

    Jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu.” “Kif qatt jista’ jkun dan?” raġa’ qallu Nikodemu. U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? Tassew tassew ngħidlek li aħna qegħdin nitħaddtu fuq dak li nafu, u qegħdin nagħtu xhieda ta’ dak li rajna, imma x-xhieda tagħna ma tilqgħuhiex…

  • Kompli aqra »

Trash

  • Direttur: Stephen Daldry

    Atturi: Selton Mello, Wagner Moura, Rooney Mara, Martin Sheen

    Ħin: 113 minuti

     

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Jose Angelo, raġel Brażiljan tal-klassi medja, qabel mal-pulizija jaqbduh, iwaddab kartiera fi trakk taż-żibel li jkun għaddej. Ftit siegħat wara Raphael, tifel ta’ 14 il-sena li jgħix f’waħda mill-favelas ta’ Rio de Janeiro, isib dik il-kartiera waqt li jkun qed ifittex fiż-żibel flimkien ma’ sieħbu Gardo…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jippreżenta d-Digriet għall-Ġublew tal-Ħniena

  • Pope Francis on Saturday afternoon proceeded with the presentation of the official Bull of Indiction of the Extraordinary Jubilee of Mercy, set to begin December 8.

    The bull is the fundamental document for the Holy Year that outlines the overall spirit and intentions for the Jubilee, as well as the spiritual fruits that are hoped for. It was read by Fr Leonardo Sapienza, Regent of the Prefecture of the Pontifical Household, in a ceremony by the Holy Door of St Peter’s Basilica. Pope Francis then moved into the basilica to preside Vespers for Divine Mercy Sunday. The 28-page bull, titled “Misericordiae Vultus” or “The Face of Mercy” opens with the declaration, “Jesus is the face of the Father’s mercy…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 t’April

  • It-Tnejn tat-Tieni Ħadd tal-Għid

    San Ġwann 3:1-8

    Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu.” Ġesù wieġbu: “Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla.” Qallu Nikodemu: “Kif jista’ wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? …

  • Kompli aqra »

Il-Professjoni Solenni ta’ Sr Lilian Borg u l-25 Sena mill-Professjoni ta’ Sr Christine Borg fil-Festa tal-Ħniena Divina

  • Il-Madre Prijura Sr Celina Sultana OSJ u Sr Christine Borg jakkumpanjaw lil Sr Lilian Borg fl-okkażjoni tal-investitura tagħha fil-15 ta’ Novembru 2009 (Ritratt: www.orderofmalta-malta.org.mt).

    Monasteru ta’ Sant’ Ursola, Valletta

    12 ta’ April 2015

    Sr Lilian, ippermettili nindirizzalek ħsieb qasir mibni fuq frażi ċkjejkna mill-Vanġelu (Ġw 20,19-31) li għadna kemm smajna.

    Il-Mulej Ġesù lil Tumas jgħidlu: “Ressaq idejk u poġġiha fuq ġenbi”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 t’April

    • It-Tieni Ħadd tal-Għid (Ġesu Ħniena Divina)

      San Ġwann 20: 19-31

      Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu  s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.”

      Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka ta’ l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.” Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa se jsejjaħ uffiċċjalment il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena llum

  • At 5.30 p.m. today, Saturday 11 April, the eve of Divine Mercy Sunday, in St. Peter’s Basilica, the Pope will officially convoke the Extraordinary Jubilee of Mercy with the publication of the Bull of Indiction, “Misericordiae vultus”. The Jubilee Bull, aside from indicating the duration, opening and closing dates, and the main ways in which the Holy Year will unfold, constitutes the basic document for understanding the spirit in which it was convoked, as well as Pope Francis’ intentions and the fruit he hopes the Year will bear…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 t’April

  • Is-Sibt tal-Ottava tal-Għid

    San Mark 9:9-15

    Wara li qam mill-mewt fil-għodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex. Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba’. U huma reġgħu lura u taw l-aħbar lill-oħrajn, imma anqas lil dawn ma emmnuhom. Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u ċanfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt. U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-Isqfijiet Maltin tal-Kenja

  • Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
    10 t’April 2015

    Għeżież ħuti fl-episkopat,
      L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom, tax-xogħol li qegħdin tagħmlu fil-Kenja, u li tagħtu ħajjitkom filwaqt li taqdu l-ħidma tagħkom. L-Episkopat jikkonferma x-xhieda tagħkom, għaliex l-Episkopat huwa forma ulterjuri ta’ xhieda u ta’ servizz. Permezz tal-preżenza tagħkom nixtiequ nwasslu s-solidarjetà tagħna mal-poplu ta’ Garissa, il-Kenja. Solidarjetà li tfisser ukoll appoġġ fejn dak kollu li għandna bżonn nagħmlu biex inkunu ta’ għajnuna konkreta, nimpenja ruħi li nagħmluh…

  • Kompli aqra »