Yearly Archives: 2015

Il-Vanġelu tal-jum: 28 ta’ Marzu

  • San Ġwann 11:45-56

    Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.” Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn. Anqas ma intom tqisu li jaqblilkom jekk imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu.” Issa dan ma qalux minn moħħu, imma billi dik is-sena inzerta kien il-qassis il-kbir, huwa kien imnebbaħ u ħabbar li Ġesù kellu jmut għall-ġens tiegħu, u mhux għall-ġens tiegħu biss, imma wkoll biex jiġbor ġemgħa waħda l-ulied ta’ Alla li kienu mxerrdin. Minn dak in-nhar ‘il quddiem bdew jiftiehmu bejniethom biex joqtluh. Ġesù ma għaddiex aktar bid-dieher f’nofs il-Lhud, imma telaq minn hemm lejn il-kampanja qrib id-deżert, f’belt jisimha Efrajm, u qagħad hemmhekk mad-dixxipli tiegħu. Kien wasal l-Għid tal-Lhud,u ħafna nies mill-kampanja telgħu Ġerusalemm qabel l-Għid għar-riti tal-purifikazzjoni. Huma fittxew lil Ġesù, u bdew jgħidu bejniethom fit-tempju: “Intom x’taħsbu? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jżur l-MCAST f’Raħal Ġdid

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-istudenti u l-istaff tal-MCAST, f’Raħal Ġdid. L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Marija Addolorata u wara żar Esebizzjoni fil-Kampus tal-Kulleġġ fejn kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ aktar żgħażagħ u jara l-proġetti tagħhom.

    L-Omelija tal-Arċisqof fil-festa ta’ Marija Addolorata

  • 27 ta’ Marzu 2015

    MCAST, Raħal Ġdid

    Grazzi ħafna talli ġejtu llum biex flimkien niċċelebraw din l-Ewkaristija…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof fil-festa ta’ Marija Addolorata

  • 27 ta’ Marzu 2015

    MCAST, Raħal Ġdid

     

    Grazzi ħafna talli ġejtu llum biex flimkien niċċelebraw din l-Ewkaristija. Kif tafu, il-kelma ‘ewkaristija’ ġejja mill-Grieg li tfisser ‘grazzi’. Jekk tmorru Ateni, tirrealizzaw li biex tgħid thank you bil-Grieg trid tgħid eucaristo. U l-Ewkaristija ġejja propju minn dan l-għerq: li tirringrazzja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jilqa’ nies bla dar fil-Kappella Sistina: din hija d-dar tagħkom

  • Pope Francis made a surprise visit to greet 150 homeless people who were given a special tour of the Sistine Chapel in the Vatican Museums Thursday by the papal charitable office. It was a brief, affectionate and emotional encounter.

    The Pope crossed the threshold of the Sistine Chapel to the disbelief of his guests, saying this visit and meeting are “a small caress – because this is the home of all; it is your home…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 27 ta’ Marzu

  • Festa Devozzjonali tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri

    San Ġwann 10:31-42

     Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex tħaġġruh. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.” Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, ‘Jiena għedt: Intom allat’? Issa jekk il-Liġi ssejjaħ allat lil dawk li waslitilhom il-kelma ta’ Alla – u  l-Iskrittura ma tistax titħassar – mela lili, li l-Missier ikkonsagrani u bagħatni fid-dinja, kif tgħiduli, ‘Qiegħed tidgħi,’ għax għedtilkom li jien Bin Alla? Jekk jien m’iniex nagħmel l-għemejjel ta’ Missieri, temmnunix;  imma jekk qiegħed nagħmilhom, jekk ma temmnux lili, għallinqas emmnu l-għemejjel, biex tkunu tafu u tagħrfu li l-Missier huwa fija u jiena fil-Missier.” Għal darb’oħra fittxew li jaqbduh, imma hu ħarbilhom minn taħt idejhom. U raġa’ mar in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn qabel kien hemm Ġwanni jgħammed, u baqa’ hemm. Kienu ħafna dawk li marru ħdejh, u qalu: “Ġwanni ma għamel ebda sinjal, imma kollu minnu kull ma qal Ġwanni fuq dan il-bniedem.” U hemmhekk ħafna emmnu fih…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2015

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, nhar il-Ħadd, 29 ta’ Marzu 2015, fid-9.00a.m. Din iċ-ċelebrazzjoni tibda minn quddiem il-knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja, il-Belt Valletta, fejn isir it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbug, u wara ssir il-purċissjoni sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, fejn tkompli l-Quddiesa bil-qari tar-rakkont tal-passjoni mill-Evanġelu skont San Mark. Il-Ħamis, 2 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9.00a.m. tibda l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jibgħat il-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi tal-ajruplan Germanwings

  • Pope Francis has expressed his closeness to the families of the victims of a plane crash in the French Alps.

    In a telegram released on Tuesday, the Vatican Secretary of State Cardinal Pietro Parolin writes that the Holy Father “joins in the grief of the families” of the victims, which include many children.  Pope Francis is also praying for those who died “entrusting them to the mercy of God” and he has  expressed his sympathy for all those affected by the tragedy, including rescue workers who are carrying out their duties in difficult conditions…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 26 ta’ Marzu

  • San Ġwann 8: 51-59

    Tassew tassew ngħidilkom li min iħares  il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt.” Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li ‘Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.’ Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x’taħseb li int?” Wieġeb Ġesù: “Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn…

  • Kompli aqra »

Chappie

  • ***

    Direttur: Neill Bloomkamp

    Atturi: Sharlto Copley, Dev Patel, Watkin Tudor Jones, Yolandi Visser, Jose Pablo Cantillo, Sigourney Weaver u Hugh Jackman

    Ħin tal-Film: 120 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klasifika tal-Knisja: 18

    Bi sforz  biex titnaqqas il-mewġa ta’ kriminalita` ġewwa Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel, l-awtorita`,  għaż-żamma tal-paċi xtrat mingħand il-kumpanija Tetravaal, numru tar-robots armati biex igħinu lill-pulizija…

  • Kompli aqra »