Yearly Archives: 2015

Il-Vanġelu tal-jum: 23 ta’ Marzu

    • San Ġwann 8:1-11

      Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?” Dan qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex jixluh…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku f’Napli: Jiltaqa’ mal-kleru u r-reliġjużi

  • Pope Francis spoke of the ‘terrorism of gossip’ as the biggest sign of the devils work in a meeting with priests, religious and seminarians at Naples Cathedral Saturday.
      The Gothic ‘Duomo’ – home to the much revered relic of St. Januarius patron Saint of Naples – was the setting for Pope Francis’ first appointment of the afternoon.
      He was welcomed by Cardinal Crescenzio Seppe, the Archbishop of Naples and then surrounded by an enthusiastic group of cloistered nuns who had been given special permission to attend the encounter…
  • Kompli aqra »

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

  • L-Ewwel Qari 

    Mill-Ktieb ta’ Ġeremija 31:31-34

    “Araw, għad jiġi żmien, oraklu tal-Mulej, meta jien nagħmel patt ġdid ma’ dar Iżrael u dar Ġuda; mhux bħall-patt li għamilt ma’ missirijiethom fiż-żmien meta qbadthom minn idejhom biex ħriġthom mill-art ta’ l-Eġittu, il-patt tiegħi li huma kisru, għalkemm jien kont l-għarus tagħhom, oraklu tal-Mulej. “Imma dan ikun il-patt li għad nagħmel ma’ dar Iżrael wara dawk il-jiem, oraklu tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Ingress Solenni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Nhar l-21 ta’ Marzu 2015, sar l-Ingress Solenni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, mill-Knisja ta’ San Duminku sal-Katidral tal-Imdina.

    Ir-Rotta minn Ħal Lija sal-Katidral

    L-Arċisqof Scicluna telaq mid-dar privatament sakemm wasal sal-Knisja Parrokjali ta’ Ħal-Lija fit-8:15am fejn intlaqa’ min-nies tal-lokal u daħal fil-knisja għal mument ta’ talb quddiem Ġesù Sagramentat. Wara sellem lis-Sindku u l-Kunsill ta’ Ħal Lija u telaq bil-karozza, skortat mill-pulizija, lejn ir-Rabat…

  • Kompli aqra »

L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa tal-Ingress Solenni

  • ‘Tħobbni int?’

    Il-kelmiet ta’ Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minna. Ilum, b’mod speċjali, Ġesù jgħidhom lili, magħżul biex inkun ir-Ragħaj tagħkom. Id-domanda ta’ Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu. Tfakkarni li l-qofol ta’ kull ministeru pastorali huwa l-imħabba: l-imħabba lejn Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ħabbna qabel ħabbejnieh aħna, kif ukoll l-imħabba lejn kull membru tal-merħla tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa tal-Ingress Solenni

  •  

    Katidral tal-Imdina

    21 ta’ Marzu 2015

    ‘Tħobbni int?’ Il-kelmiet ta’ Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minna. Ilum, b’mod speċjali, Ġesù jgħidhom lili, magħżul biex inkun ir-Ragħaj tagħkom. Id-domanda ta’ Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu. Tfakkarni li l-qofol ta’ kull ministeru pastorali huwa l-imħabba: l-imħabba lejn Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ħabbna qabel ħabbejnieh aħna, kif ukoll l-imħabba lejn kull membru tal-merħla tiegħu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 21 ta’ Marzu

  • San Ġwann 7:40-53

    Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih. Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu. L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: “Dan kif ma ġibtuhx magħkom? L-għases qalulhom: “Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!” Qabżu l-Fariżej u qalulhom: “Intom ukoll tqarraqtu? Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih? Imma dawn x’qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!” Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom: “Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma’ lilu stess ħalli tkun taf x’inhu jagħmel?” U huma qalulu: “M’intix int ukoll mill-Galilija, hux? …

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015, il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minħabba ċ-ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni tal-Arċisqof. 

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jikkundanna l-attakk fit-Tuneżija

  • Pope Francis sent a telegram offering prayers for the victims of Wednesday’s terror attack in Tunis, in which at least 23 people were killed and more than 40 others wounded, many among them foreign tourists. In the telegram, signed by the Cardinal Secretary of State, Pietro Parolin, and addressed to the Archbishop of Tunis, Ilario Antoniazzi, the Holy Father decries the attack as, “[An act] against peace and the sacredness of human life.” He goes on to assure the families of the victims, all those affected by the incident, and the whole Tunisian people, of his continued prayers…

  • Kompli aqra »