Arkivji mensili: Jannar 2016

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

    • San Luqa 4:14-22

      Ġesù, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd. U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:

              ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,

              għax hu kkonsagrani,

              Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,

              nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,

              u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,

              nrodd il-ħelsien lill-maħqurin

              u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’

      Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu.” U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan m’huwiex bin Ġużeppi?”

      Qaddisin tal-jum: Santa Angela Foligno, San Raymond minn Peñafort, Presbiteru, San Lucjan, Presbiteru u Martri 

  • Kompli aqra »

Joy

  • ****

    Direttur:  David O. Russell

    Atturi: Jennifer Lawrence, Robert De Niro, Diane Ladd, Virginia Madsen

    Ħin: 124 minuti

    Maħruġ minn KRS Releasing Limited

     

    Klassifika tal-Gvern: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Darba kien hemm tifla żgħira li kienet tħobb toqgħod tagħmel l-affarijiet, tirrakkonta Mimi, in-nanna ta’ Joy Mangano…

  • Kompli aqra »

Carol

  • **** Direttur: Todd Haynes Atturi: Cate Blanchett, Rooney Mara, Sarah Paulson, Kyle Chandler Ħin: 118 minuti
      Maħruġ minn KRS Releasing Limited
      Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Therese Belivet hija tfajla li qedha tagħmel xogħol temporarju tbiegħ il-pupi f’department store tal-ġugarelli fi New York fis-snin 50, xogħol li ma tantx hu għal qalbha għax l-ambizzjoni tagħha hija li ssir fotografu…
  • Kompli aqra »

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju mal-Bażilika tal-Isla

    • Nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016, fis-6:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn hemm meqjuma x-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur) mal-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.

      Iċ-ċelebrazzjoni tibda fil-Bażilika b’purċissjoni lejn l-Oratorju tal-Kurċifiss. Hemmhekk, l-Arċisqof jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena u wara li l-ġemgħa tgħaddi mill-Bieb, tidħol lura fil-Bażilika u tkompli l-Quddiesa. Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq b’tislima lil Marija Bambina, bis-Salve Regina…

  • Kompli aqra »

In the Heart of the Sea

  • ****

    Direttur: Ron Howard

    Atturi: Chris Hemsworth, Benjamin Walker, Cillian Murphy, Tom Holland, Ben Whishaw u Brendan Gleeson

    Ħin tal-film: 121 min.

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Fis-sena 1850, l-awtur Herman Melville jagħmel żjara lil Thomas Nickerson,  l-uniku baħri li kien għadu ħaj u li salva  fi vjaġġ li vapur tas-sajd għall-balieni: Essex kien għamel u li ntemm b’telf ta’ ħajja u tal-vapur stess…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jżur Greccio biex jitlob fuq il-post tal-ewwel presepju

    • Pope Francis made a private visit to the Italian hilltown of Greccio in the Lazio region north of Rome on Monday afternoon, where he met with the local Franciscan community.

      The town is well known as the place where, in December 1223, St. Francis set up the first crib scene, using local animals and a carved image of the Christ Child in a manger to recreate the events of Our Lord’s birth in Bethlehem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

    • San Mark 6:45-52

      Minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art. Kif rahom jitħabtu jaqdfu,  għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom. Huma rawh miexi fuq il-baħar u stħajjluh xi fantażma, u qabdu jgħajjtu, għax ilkoll tbeżżgħu kif rawh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

  • Saint Mark 6:34-44 

    Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ. Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin. Ibgħathom, ħa jmorru fl-irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x’jieklu.” Iżda hu weġibhom: ” Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “U aħna se mmorru nixtru b’mitejn dinar ħobż biex nagħtuhom x’jieklu?” Mbagħad staqsiehom: ” Xi kemm għandkom ħobż? …

  • Kompli aqra »

Angelus: Il-Knisja tistedinna biex nilqgħu il-Kelma tas-Salvazzjoni

  • At St Peter’s Square, Pope Francis lead the faithful in the recitation of the Angelus on the first Sunday of the new year. Speaking on the day’s Gospel, the Holy Father noted the dramatic contrast between God’s gift of love in the Incarnation, and man’s failure to receive Him. The solemn opening of John’s Gospel, which was already proclaimed on Christmas day and which is read again on this Sunday, “is the invitation of Holy Mother Church to welcome this Word of salvation, this mystery of light,” the Pope said…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

  • San Mattew 4:12-17.23-25

     Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,

                            ‘Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,

                            It-triq tal-baħar, art ‘il hemm

                            mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! …

  • Kompli aqra »