Arkivji mensili: Frar 2016

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

  • San Luqa 5: 1-11   Darba l-kotra bdiet tross fuqu biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ‘il barra mill-art; mbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa. Meta temm li kellu jgħid, qal lil Xmun: “Aqdef ‘il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd.” Wieġbu Xmun u qallu: “Mgħallem, għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maċ-‘Chaplain Teams’ tal-Iskejjel tal-Knisja

  • Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ maċ-‘Chaplain Teams’ tal-iskejjel tal-Knisja, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju, tal-Virtù 5 ta’ Frar 2016   Fl-Evanġelju li għadna kemm qrajna, naqraw dwar wieħed mill-mumenti l-iżjed qawwija fejn Ġesù, li mhux imdorri jomgħod il-kliem, jitkellem dwar l-apprezzament tat-tifel ċkejken u jitkellem ukoll dwar il-kruha tal-iskandlu…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Frar

  • Saint Mark 6:30-34   L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi  intom  biss  weħidkom  f’xi  post  imwarrab,  u  strieħu ftit.”  Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom. X’ħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

  • San Mark 6:14-29

    Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.” Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti  l-oħra.” Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.”

    Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża’ minnu; u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Il-Fidi hija l-ikbar wirt li nistgħu inħallu warajna

  • The most beautiful inheritance we can leave to others is the Faith: that was Pope Francis’ message during Holy Mass on Thursday morning at the Casa Santa Marta. In his homily, he invited us to not fear death, because the course of life continues. Thinking about death illuminates life The day’s first reading tells the story of the death of King David…
  • Kompli aqra »

Goosebumps

  • Direttur: Rob Letterman Atturi: Jack Black, Dylan Minnette, Odeya Rush, Amy Ryan, Ryan Lee,  Jullian Bell Ħin tal-Film: 103 min   Maħruġ minn KRS Releasing Ltd   KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12 KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15   Zach Cooper u ommu Gale,  minn  New York imorru joqogħdu fil-belt ta’ Madison ġewwa Delware. Il-ġirien tagħhom, “Mr. Shivers”, stramb għall-aħħar u li jgħix ma’ bintu Hannah, jidħru xi ftit misterjużi tant li meta Zach jipprova jintroduċi lilu nnifsu, “Mr…
  • Kompli aqra »

Ride Along 2

  • ***             Direttur: Tim Story Atturi: Ice Cube, Kevin Hart, Ken Jeong, Benjamin Bratt, Olivia Munn, Bruce McGill u Tika Sumpter Ħin tal-Film: 101 min   KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12    Hekk kif iż-żwieġ kien qiegħed joqrob, James,  kontra qalbu jieħu miegħu ġewwa Miami għal missjoni delikata, lil Ben li fi żmien  qasir kellu jsir ħatnu. Il-missjoni tagħhom kienet li jsegwu informazzjoni li kellhom rigward każ serju ta’ traffikar ta’ droga…
  • Kompli aqra »

Udjenza Ġenerali: Il-ġustizzja t’Alla hija l-ħniena

  • The relationship between mercy and justice, in the light of the Sacred Scriptures, was the theme of Pope Francis’ catechesis in this Wednesday’s general audience, which took place in St. Peter’s Square and was attended by more than ten thousand people. “The Sacred Scripture presents God as infinite mercy, but also as perfect justice”, he said. “How can the two be reconciled? …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Frar

  • San Mark 6:7-13

    U sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom.” Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu; u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejjquhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju

  • Nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tal-Kandlora: il-festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żejtun 2 ta’ Frar 2016   Aħna nafu li fi ħdan Marija ta’ Nazaret kien hemm tarbija li ta tmint ijiem issejjħet Ġesù, ‘Alla jsalva’, u li kien il-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja…
  • Kompli aqra »