Arkivji mensili: Marzu 2016

Il-Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għadda l-messaġġ tiegħu lill-media għall-mewt ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca, qabel bdeit il-Velja ta’ talb fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 21 ta’ Marzu 2016 Jien nixtieq insellem il-figura ta’ Monsinjur Mercieca, kif huwa rikonoxxut mill-kummenti sbieħ li ngħataw bħala persuna ta’ djalogu, persuna ta’ umiltà, ta’ ħlewwa ta’ qalb, imma wkoll ta’ għerf…
  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li għada, l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, il-Kurja tal-Arċisqof u l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser jagħlqu fit-3:00 p.m. minħabba l-funeral tal-Arċisqof Emeritu Ġuzeppi Mercieca.  
  • Kompli aqra »

Il-President ta’ Malta ssellem lill-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • Matul il-jum tat-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, sellmet lill-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca, fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn jinsab esport sat-8:00 p.m. Illum, fis-6:30 p.m., issir it-talba tal-għasar immexxija minn Monsinjur Arċisqof. Għada, l-Erbgħa, 23 ta’ Marzu, il-poplu jista’ jagħti l-aħħar tislima lil Mons. Mercieca bejn id-9:00 a.m. u nofsinhar, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Tkunux indifferenti lejn is-sitwazzjoni tal-migranti

  • During the Passion, Jesus is denied “every form of justice” and experiences indifference “in his own flesh”. Thus Pope Francis sees reflected in the image of Christ that of “the many people, so many outcasts, so many asylum seekers, so many refugees, all of those for whose fate no one wishes to take responsibility”.  He shared this thought during the celebration he presided on Palm Sunday, 20 March, in St Peter’s Square…
  • Kompli aqra »

Velja ta’ Talb għall-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, fil-4:45 p.m. telaq il-korteo mir-residenza privata tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca fiż-Żejtun, għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn wasal għall-ħabta tal-5:20 p.m. It-tebut tmexxa proċessjonalment sal-Kon-Katidral, u tqiegħed għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju.  Wara l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa velja ta’ talb flimkien mal-qraba, il-Kapitlu tal-Katidral u l-pubbliku li attenda bi ħġaru.  Għada, it-Tlieta 22 ta’ Marzu, mid-9:00 a.m…
  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kulleġġ tal-Kappillani

  • L‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca reġa’ lura fid‑dar tal‑Missier. Bħala Kappillani u Arċiprieti fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, nixtiequ nesprimu l‑gratitudni tagħna għall‑ħajja u l‑ħidma tal‑Arċisqof Mercieca. Lil ħafna minnha ħatarna hu bħala kappillani, u ħafna minnha ordnana saċerdoti hu wkoll. Napprezzaw il‑ħidma tiegħu bħala Ragħaj tal‑Arċidjoċesi, l‑imħabba tiegħu għall‑familja, l‑impenn għat‑twettiq tal‑Konċilju Vatikan II l‑iżjed permezz taċ‑ċelebrazzjoni tas‑Sinodu Djoċesan, u x‑xewqa tiegħu li fil‑komunitajiet tagħna jkun hemm l‑għaqda u spirtu ta’ qadi…
  • Kompli aqra »

Funeral tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca

  • Illum, it-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, jitlaq il-korteo mir-residenza privata tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca fiż-Żejtun, għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn jasal ftit qabel il-5:00 p.m. Hemmhekk jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku sat-8:00 p.m. Fil-5:00 p.m. issir velja ta’ talb li ser titmexxa minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna.  Għada, it-Tlieta 22 ta’ Marzu, mid-9:00 a.m. sat-8:00 p.m. Mons. Mercieca jkun espost għall-qima tal-pubbliku, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jimmarka l-Jum Dinji taż-żgħażagħ fl-indirizz tal-Angelus

  • At the conclusion of the Solemn Mass for Palm Sunday, Pope Francis led the faithful in the recitation of the Angelus. In brief remarks ahead of the Marian prayer, the Holy Father greeted all those taking part in the ceremony, including those watching and listening by means of television, radio, or other means of communication. The Pope noted the 31st World Youth Day, commemorated on Sunday, which will culminate in the “great world Meeting in Krakow,” Poland, this summer…
  • Kompli aqra »

Dixxipli tal-Paċi

  • Il-qofol tat-twemmin ta’ kull Nisrani huwa f’Ġesù li rebaħ id-dnub u l-mewt bil-Qawmien Glorjuz tiegħU. Meta Ġesù reġa’ deher lill-appostli u d-dixxipli wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet, qallhom, “Il-paċi magħkom”, u qallhom biex ma jibżgħux u jmorru jxerrdu l-aħbar. Bit-twemmin imġedded fil-Qawmien mill-imwiet ta’ Kristu, nneħħu kull biża’ li jkollna minħabba f’dak li nemmnu, u bil-ferħ inxerrdu l-Aħbar it-Tajba ma’ ħutna l-Insara…

  • Kompli aqra »

Tislima mill-Qalb lil Arċisqof Maħbub

  • Fl-Ittra ta’ San Pawl lil Timotju insibu deskrizzjoni ta’ min għandu jkun isqof tal-Poplu ta’ Alla: għandu “jkun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih…li jkun meqjuż, prudenti, serju; li ma jkunx vjolenti, imma ġwejjed” (1 Timotju 3, 2-3). Dawn huma kollha virtujiet li kienu jiddu matul il-ħajja u l-episkopat tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca, li reġa’lura f’Dar il-Missier, it-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, fis-7:20 a.m…

  • Kompli aqra »