• Matul il-jum tat-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, sellmet lill-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca, fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn jinsab esport sat-8:00 p.m. Illum, fis-6:30 p.m., issir it-talba tal-għasar immexxija minn Monsinjur Arċisqof.
    Għada, l-Erbgħa, 23 ta’ Marzu, il-poplu jista’ jagħti l-aħħar tislima lil Mons. Mercieca bejn id-9:00 a.m. u nofsinhar, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Fl-4:00 p.m. tibda l-Quddiesa tal-funeral  immexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Fi tmiem il-Quddiesa, il-korteo funebri jitlaq bil-mixi mill-Kon Katidral ta’ San Ġwann għal Triq ir-Repubblika sa Bieb il Belt. Wara, il-funeral ikompli f’forma privata sal-Katidral tal-Imdina fejn issir id-difna. 
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja