Arkivji mensili: Marzu 2016

Live: L-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

Segwi ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi 'live' fuq YouTube

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, nhar il-Ħadd, 20 ta’ Marzu 2016, fid-9:00 a.m. Din iċ-ċelebrazzjoni tibda minn quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta, fejn isir it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, u wara ssir il-purċissjoni sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn tkompli l-Quddiesa bil-qari tar-rakkont tal-passjoni mill-Evanġelju skont San Luqa. L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ser imexxi l-Via Sacra Nazzjonali fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ…
  • Kompli aqra »

Live: L-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

Segwi ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi 'live' fuq YouTube

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, nhar il-Ħadd, 20 ta’ Marzu 2016, fid-9:00 a.m. Din iċ-ċelebrazzjoni tibda minn quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta, fejn isir it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, u wara ssir il-purċissjoni sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn tkompli l-Quddiesa bil-qari tar-rakkont tal-passjoni mill-Evanġelju skont San Luqa. L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ser imexxi l-Via Sacra Nazzjonali fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ…
  • Kompli aqra »

L-Iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof tiċċelebra l-Ġublew tal-Ħniena

  • L-istudenti tas-sekondarja nhar l-20 ta’ Jannar 2016 għamlu pellegrinaġġ lejn il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina. Fi triqithom waqfu f’diversi postijiet fir-Rabat fejn iltaqgħu ma’ diversi esperjenzi ta’ Opri ta’ Ħniena f’pajjiżna. Dawn kienu jinkludu laqgħat mal-anzjani f’Villa Messina u Dar Saura, laqgħat ma’ saċerdoti mid-Dar tal-Kleru, refuġjati, tfal fid-djar tal-Knisja u persuni li qed isegwu d-Drug Rehabilitation Programme fi ħdan il-Caritas…
  • Kompli aqra »

Fl-Udjenza Ġenerali l-Papa jitlob lin-nazzjonijiet biex jiftħu l-bibien għall-immigranti

  • So many “migrants who suffer the cold, are without food. They cannot enter”, because in some border areas the doors are closed in their faces. Thus, it so pleases Pope Francis when he hears word that “nations and authorities open the heart and open the doors!”. He shared these thoughts with the faithful who gathered in St Peter’s Square for the General Audience on Wednesday, 16 March…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Marzu 2016

  • It‑Tlieta l‑1 ta’ Marzu 2016, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑bidu ta’ konferenza għad‑delegati tal‑katekeżi tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej, organizzata mis‑CCEE. Din ser issir fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, tal‑Virtù. Il‑Ġimgħa 4 ta’ Marzu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ikompli bil‑mixjiet penitenzjali ta’ żmien ir‑Randan, billi jmexxi pellegrinaġġ bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, l‑Isla. Il‑Ħadd 13 ta’ Marzu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑Ordni Militari Sovran ta’ Malta, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…
  • Kompli aqra »

Grimsby

  • ** Direttur: Louis Leterrier Atturi: Sacha Baron Cohen, Mark Strong, Penelope Cruz Ħin: 83 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Nobby Butcher jgħix fi Grimsby, belt żgħira qrib il-baħar fit-tramuntana ta’ l-Ingilterra. Hu aktar interessat fil-football u fil-birra milli fid-disa’, jew forsi ħdax, tfal tiegħu. Huwa jsir jaf li ħuħ Sebastian, li kien infired minnhu 28 sena ilu wara l-mewt tal-ġenituri tagħhom, jinsab qawwi u sħiħ…
  • Kompli aqra »

London Has Fallen

  • *** Direttur: Babak Najafi Atturi: Gerard Butler, Aaron Eckhart, Radha Mitchell, Morgan Freeman Ħin: 99 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 15 Mike Banning, l-aġent tas-Secret Service personali mqabbad biex iħares lil President Amerikan Benjamin Asher, ikun qed jaħsibha jekk jirriżenjax mix-xogħol tiegħu biex iqatta’ aktar ħin ma’ marthu u ibnu li dalwaqt jitwieled, meta jsib li se jkollu jagħmel biċċa xogħol oħra; il-prim ministru ta’ Londra miet f’daqqa waħda u se jkollu jakkompanja lil  President Asher għal funeral, li se jattendu għalih ħafna mill-mexxejja tad-dinja…
  • Kompli aqra »

Kung Fu Panda 3

  • *** Diretturi: Alessandro Carloni, Jennifer Yuh Nelson Atturi: (vuċijiet ta’) Jack Black, Angelina Jolie, Dustin Hoffman Ħin: 95 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited. Klassifika tal-Gvern: U Klassifika tal-Knisja: UPG Kai, li jixbaħ lil barri, irnexxielu jaħkem lid-dinja ta’ l-ispirti billi ħataf il Chi. Kai oriġinalment kien sieħeb ta’ Oogway, il-fekruna li vvintat il-kung fu, imma billi għamel użu ħażin minn Chi, il-forza tal-ħajja, inbidel f’aggressur malinn mogħni b’setgħat supernaturali, għatxan għal poter…
  • Kompli aqra »

Via Sacra Nazzjonali 2016

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-Via Sacra Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fis-7:30 p.m. Il-Via Sacra ser tibda miċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni tad-Droga, immexxi mill-Caritas, f’San Blas, Ħaż-Żebbuġ. It-test tal-Via Sacra huwa miktub mir-residenti taċ-Ċentru. Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena, kull min jieħu sehem f’din il-Via Sacra jew jismagħha fuq ir-radju, jikseb l-Indulġenza Plenarja. Għal din il-Via Sacra Nazzjonali, qed jiġu mistiedna jieħdu sehem ukoll il-fratelli u dawk involuti fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira…
  • Kompli aqra »

Madre Tereża u erbgħa oħra se jiġu kanonizzati

  • At a public Consistory held on Tuesday, Pope Francis gave his approval for the canonization of five new saints. The Public Ordinary Consistory for the Canonisation of Blesseds began with the celebration of Terce (Midmorning Prayer), presided over by Pope Francis in the Consistory Hall at the Apostolic Palace. Following the liturgical prayer, the Holy Father announced the upcoming canonization of five new saints, including Blessed Mother Teresa of Kolkata (née Anjezë Gonxhe Bojaxhiu), whose work among the “poorest of the poor” won her worldwide acclaim…
  • Kompli aqra »