Arkivji mensili: Awwissu 2016

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:22-36 U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs  il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru…
  • Kompli aqra »

Iż-żgħażagħ Maltin jaslu lura Malta miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja

  • It-Tnejn, l-1 ta’ Awwissu 2016, waslu lura Malta uħud miż-żgħażagħ li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja. Iż-żgħażagħ li waslu Malta t-Tnejn wara nofsinhar jinkludu membri taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) li fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna ħadu ħsieb il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija fil-Polonja. Iż-żgħażagħ Maltin li attendew il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kien ta’ aktar minn 650, minn 23 għaqda reliġjuża differenti u minn diversi parroċċi f’Malta u Għawdex…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Awwissu 2016

  • Is‑Sibt 6 ta’ Awwissu 2016, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija. Il‑Ħadd 7 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta. Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: l-għeruq tat-terroriżmu jinsabu fl-idolatrija tal-flus

  • Pope Francis returned to decry terrorism as an inhuman evil on Sunday evening, even as he once again insisted that the real root cause of terrorism is the idolatry of wealth, and not true religion. Speaking to reporters during his in-flight press conference on return from Krakow, where he had traveled on Wednesday of last week to lead World Youth Day celebrations, the Holy Father said, “Terrorism grows when there is no other option, and to the extent the world economy has at its center the god of money and not the person.” “This,” the Pope stressed, “is fundamental terrorism, it is against all humanity.” Discussing his own experience with interreligious dialogue, the Holy Father said that Muslims seek “peace and encounter,” adding, “If I speak of Islamic violence, I should speak of Catholic violence…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Awwissu 2016

  • Is‑Sibt 6 ta’ Awwissu 2016, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija. Il‑Ħadd 7 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta. Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:13-21 Meta sama’ l-aħbar, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejjqilhom il-morda tagħhom. Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom lin-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x’jieklu.” Imma Ġesù qalilhom: “Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu.” U huma qalulu: “Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.” “Ġibuhomli hawn,” qalilhom. Mbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix; ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newwluhom lin-nies. U kulħadd kiel u xaba’, u ġabru l-bċejjeċ li kien fadal u mlew bihom tnax-il qoffa. U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu, barra  n-nisa u t-tfal…
  • Kompli aqra »