Arkivji mensili: Awwissu 2016

Il-Papa joffri t-talb għall-vittmi tal-attakk terroristiku fit-Turkija

  • Pope Francis on Sunday offered prayers for the victims of Saturday’s bombing in southern Turkey.  At least 50 people were killed and dozens wounded when a suspected suicide bomber detonated his explosives among people at a wedding party in the southern Turkish city of Gaziantep.  Women and children were among those killed. Turkish President Tayyip Erdogan said it was likely that so-called Islamic State militants carried out the late-night attack…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Awwissu

  • San Mattew 23:13-22 “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol! “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawwru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom! “Ħażin għalikom, mexxejja għomja! …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Awwissu

  • San Luqa 13:22-30 Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra. U jiġu nies mil-lvant u mill-punent, mit-tramuntana u min-nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla. U araw, hawn min hu ta’ l-aħħar u għad ikun l-ewwel, u hawn min hu ta’ l-ewwel u għad ikun l-aħħar.”   Il-Qaddis tal-jum: San Piju X, Papa
  • Kompli aqra »

“L-irxoxt tagħna huwa frott il-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa lejliet il-festa ta' Santa Marija fl-Imġarr

  • Nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa lejlet il-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fl-Imġarr.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Imġarr 20 ta’ Awwissu 2016   “Imbierka inti fost in-Nisa, imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek” (Lq 1, 42). Santa Eliżabetta hi u tilqa’ liż-żgħażugħa, Marija ta’ Nazzaret, mimlija bl-Ispirtu s-Santu, tinfexx f’għajta kbira…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

  • San Mattew 23:1-12 Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbru l-filatterji u jtawwlu l-ġmiemen tagħhom. Iħobbu l-postijiet ewlenin fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi, u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejjħulhom Rabbi. Imma intom tħallux min isejjħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. U ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet. Hekk ukoll tħallux min isejjħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla…
  • Kompli aqra »

“Iċċaħħdux lil xulxin” – L-Arċisqof lill-miżżewġin

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-miżżewġin fil-festa ta' Santa Marija, Ħal Għaxaq

  • Is‑Sibt 13 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal‑familji, fit‑tielet jum tat‑Tridu għall‑festa ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Għaxaq 13 ta’ Awwissu 2016   Ippermettuli noffri ħsieb qasir ispirat l-ewwel nett minn din l-okkażjoni sabiħa. Qegħdin fit-tielet Tridu li jwassalna għall-festa tal-Assunta…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku f’laqgħa privata mal-President ta’ Franza

  • Pope Francis had a private meeting in the Vatican on Wednesday with France’s President Francois Hollande. Their meeting came three weeks after the brutal murder of the elderly French priest, Father Jacques Hamel, who was killed by two young French terrorists claiming allegiance to the so-called Islamic State group whilst he was celebrating Mass in his church near the city of Rouen…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

  • San Mattew 22:34-40 Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, nġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U it-tieni jixbhu: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti.”   Qaddis tal-jum: San Ġwann Eudes, Presbiteru
  • Kompli aqra »

Pete’s Dragon

  • ***** Direttur: David Lowery  Atturi: Bryce Dallas Howard, OakesFegley, Wes Bentley, Karl Urban, Oona Laurence, Robert Redford, Isiah Whitlock u Jim McCarthy Effetti Vokali tad-Dragun: John Kassir Ħin tal-Film: 102 min                                                 Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.                                                                                                               KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: U KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG                                                                                                                                         Pete, tifel ta’ ħames snin, waqt li kien mal-ġenituri tiegħu għal vaganza, ssalva minn aċċident stradali u traġika  li fih il-ġenituri tiegħu jitilfu ħajjithom waqt li Pete jsib ruħu f’nofs foresta f’periklu kbir…
  • Kompli aqra »