Arkivji mensili: Awwissu 2016

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

  • San Mattew 22:1-14 Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.’ Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom. Mbagħad qal lill-qaddejja tiegħu, ‘Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta’ min jistedinhom għaliha. Mela morru f’salib it-toroq u sejjħu għall-festa lil kull min issibu.’ Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u  s-sala mtliet bin-nies għall-mejda. Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; u qallu, ‘Ħabib, dan kif dħalt hawn m’intix liebes għall-festa?’ Dak tbikkem. Mbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu, ‘Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh ‘il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!’ Għax ħafna huma l-imsejjħin, imma ftit il-magħżulin!” Qaddisin tal-jum: Santa Elena, Imperatriċi; San Albert Hurtado Cruchaga, Presbiteru
  • Kompli aqra »

“Il-Mulej jitlobna l-libertà ta’ min lest iċedi kollox biex ma jitilfux” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiltaqa' maż-żgħażagħ tal-Mixja Neo-Katekumenali li marru għall-pellegrinaġġ tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  • Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna pparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun.   Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katekumenju, il-Ħamrun 12 ta’ Awwissu 2016   Kif wegħedna lil xulxin erġajna ltqajna, u anke tal-esperjenzi qawwija li qsamtu miegħi u ma kull wieħed u waħda minna…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: il-migranti huma opportunita’ ta’ djalogu bejn il-kulturi

  • Pope Francis over the weekend sent his support to an event taking place in the Italian Diocese of Ugento-S. Maria di Leuca called “Mediterranean: A Sea of Bridges,” which brought together young people from Europe and the countries bordering the Mediterranean to create a Charter which would help stop the Mediterranean from being a “sea of death.” In a message sent through the Secretary of State, Pope Francis express his wish that the event “enkindle a renewed commitment to promoting a culture of hospitality and solidarity, and thus promote peace and fraternity among peoples.” The message went on to say the Holy Father encouraged the participants at the meeting to “consider the presence of so many brothers and sisters who are migrants to be an opportunity of human growth, of meeting and dialogue among cultures and religions, and also even an occasion to witness to the Gospel of Charity.” The meeting, which concluded on Sunday, issued the Charter of Leuca, which pledged the participants’ willingness “to preserve, to reconstruct, and to bring together the bridges linking the countries of the Mediterranean.” Source: Vatican Radio
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

  • San Mattew 20:1-16a Ġesu qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru. Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess. Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, ‘Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?’ Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna.’ Qalilhom,’Morru intom ukoll l-għalqa…
  • Kompli aqra »

“Marija tgħallimna nafdaw fil-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema, fil-Mosta

  • It‑Tnejn 15 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema u niseġ il‑Paniġierku, fil‑Knisja Arċipretali, il‑Mosta. Fi tmiem iċ-Ċelebrazzjoni saret ukoll il-preżentazzjoni lill-Arcisqof ta’ dokument bit-talba uffiċjali biex il-Knisja Arċipretali tal-Mosta tiġi elevata għat-titlu ta’ Bażilika Minuri.   Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  •  Knisja Arċipretali, il-Mosta 15 ta’ Awwissu 2016   Salve Mater Misericordiae, Sliem għalik Sultana Omm tal-Ħniena…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

    • San Mattew 19:23-30 Mbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!” Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.” Mbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! …
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

  • San Luqa 1:39-56 F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!  U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …
  • Kompli aqra »

‘The Midas Curse’ – artiklu mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Greek mythology has some serious lessons to teach us. Much as proverbs are quintessential wisdom passed on from one generation to the next, so are myths. Ovid, that great Latin story teller, gives us the story of Midas, King of Phrygia. The god Bacchus asks Midas to choose his own reward. “Cause whatsoever I shall touch to change at once to yellow gold”, Midas replies. Bacchus grants his wish…
  • Kompli aqra »