Arkivji mensili: Ottubru 2016

L-Intenzjoni tat-talb tal-Papa Franġisku għal Ottubru hija għall-ġurnalisti

  • Pope Francis has released his videomessage accompanying his monthly prayer intention for October. This month’s intention is for Journalists: That journalists, in carrying out their work, may always be motivated by respect for truth and a strong sense of ethics.

    

    The text of the video message reads:

    “I often wonder: How can media be put to the service of a culture of encounter? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa jirrifletti fuq l-aħħar vjaġġi fil-Ġorġja u l-Ażerbajġan

  • Fl-Udjenza Ġenerali li għamel nhar l-Erbgħa, il-Papa Franġisku irrifletta fuq l-aħħar Vjaġġi Appostoliċi fil-Ġorġja u l-Ażerbajġan. 


  • Mesaġġ mill-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku

    Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

    Fi tmiem il-ġimgħa l-oħra għamilt il-vjaġġ appostoliku tiegħi fil-Ġorġja u l-Ażerbajġan. Niżżi ħajr lil Alla li tani l-opportunità u nġedded l-espressjoni tar-rikonixximent tiegħi lejn l-Awtoritajiet ċivili u relġjużi ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi, b’mod partikulari lill-Patrijarka tal-Ġorġja kollha Ilia II – ix-xhieda tiegħu għamlitli ħafna ġid f’qalbi u f’ruħi – u lix-Xejk tal-Musulmani tal-Kawkasu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

  • San Luqa 11:5-13
    Qalilhom ukoll: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.’ U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, ‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin  fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Papa Franġisku għaċ-Ċelebrazzjoni Nisranija ‘Undivided’

  • Messaġġ tal-Papa Franġisku fl-okkażjoni taċ-Ċelebrazzjoni Ekumenika ‘Undivided’, li saret nhar il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2016, fi SmartCity, il-Kalkara. Il-messaġġ tal-Papa inqara mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew madwar 2,500 persuna ta’ fidi Nisranija.

  • Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku
  • Kompli aqra »

‘Undivided’ – Iċ-Ċelebrazzjoni Nisranija f’Malta

'Il fuq minn 2,500 Nisrani attendew għaċ-Ċelebrazzjoni Ekumenika

  • Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2016, saret Ċelebrazzjoni Ekumenika ‘Undivided’, bis-sehem sħiħ tal-komunità Nisranija f’Malta, fi SmartCity, il-Kalkara. L-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda għal din iċ-Ċelebrazzjoni Ekumenika, bil-parteċipazzjoni ta’ mexxejja Nsara oħra, f’simbolu fratern ta’ għaqda bejn l-Insara.   Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna  
  • SmartCity, Il-Kalkara

    2 ta’ Ottubru 2016

    First of all I would like to thank everybody for the gathering here, it’s such a wonderful sight tonight…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jżur l-irħula milquta mit-terremot fiċ-Ċentru tal-Italja

  • Pope Francis visited the earthquake-hit towns of central Italy in a surprise journey on Tuesday morning, praying with the residents of Amatrice on the feast day of his namesake, St. Francis, telling them to ‘move forward’ together for ‘there is always a future’. 

    The Holy Father arrived by car with the Bishop of Rieti, Domenico Pompili, in Amatrice on Tuesday morning at 9:10 a.m…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

  • San Luqa 11:1-4

    Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.” U qalilhom: “Meta titolbu, għidu,

                 ‘Missier, jitqaddes ismek,

                 tiġi Saltnatek.

                 Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum.

                 U aħfrilna dnubietna,

                 għax aħna wkoll naħfru lil kull min

                 hu ħati għalina,

                 u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’ “

    Qaddis tal-jum: Beatu Franġisku Xavier Seelos, Santa Marija Faustina Kowalska, Verġni,  San Plaċidu, Martri

     

  • Kompli aqra »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of October 2016

  • Is‑Sibt l-1 ta’ Ottubru 2016, fil‑5:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser ibierek il‑Kurċifiss ewlieni fil‑Presbiterju tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Kunċizzjoni, il‑Ħamrun.

    Il‑Ħadd 2 ta’ Ottubru, fid‑9:15 a.m. u fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jattendi ċ-ċelebrazzjoni Ekumenika ‘Undivided’, fi Smart City, il‑Kalkara.

    It‑Tnejn 3 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur ‘Freshers Week’ fl-Università ta’ Malta

  • Nhar it-Tnejn 3 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-kampus tal-Università, Tal-Qroqq, fuq stedina tal-Kunsill Studenti Universitarji. Wara l-Quddiesa li ċċelebra mal-istudenti u l-għalliema, l-Arċisqof kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-istudenti u jżur l-Stands imtella’ minn fakultajiet u oqsma diversi, fuq il-kampus fl-okkażjoni ta’ Freshers’ Week.  

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
  • Kompli aqra »