Arkivji mensili: Ottubru 2016

“Ġesù fuq is-Salib huwa skola ta’ libertà u ubbidjenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof ibierek Kurċifiss fil-Presbiterju tal-Knisja Parrokkjali tal-Immakulta Kunċizzjoni, il-Ħamrun

    •  
    • Nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, f’Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, bierek kurċifiss ġdid fil-Presbiterju tal-Knisja Parrokjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
    • Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjon, il-Ħamrun

      1 ta’ Ottubru 2016

      “Mulej, kemm se ndum nokrob għall-għajnuna u int ma tismax?” (Ħab 1, 2)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Ottubru

  • San Luqa 17:5-10

    L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi.” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra  tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,’ u hi kienet tisma’ minnkom. “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu? ‘Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel’? jew, ‘Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?’ Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

  • San Luqa 10: 17-24

    It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek!” U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta’ l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub  fis-smewwiet.”

    F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin…

  • Kompli aqra »