Arkivji mensili: Novembru 2016

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Novembru

    • San Luqa 16:1-8
      Ġesu qal lid-dixxipli, “Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’ L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? …

  • Kompli aqra »

“Fittxu lil Ġesù bħalma għamel Żakkew” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa ta' San Ġiljan

  • Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Ġiljan.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokjali, San Ġiljan

    30 ta’ Ottubru 2016

    Ejjew niftakru ftit fl-Evanġelju (Lq 19, 1-10) li għadu kemm ħabbar il-Kappillan Fr Claude…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2016

  • It-Tlieta 1 ta’ Novembru 2016, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.

    L-Erbgħa 2 ta’ Novembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-Tifkira  Solenni tal-Mejtin kollha, fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

“Iżjed ma’ nemmnu fil-ħajja ta’ dejjem, iżjed ikollna kuraġġ ingawdu ħajjitna fuq l-art” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin kollha

  • L-Erbgħa 2 ta’ Novembru 2016, Jum it-Tifkira tal-Mejtin kollha, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid.

     Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
     Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid
    2 ta’ Novembru 2016

    Ġesù, fl-Evanġelju li għadna kemm smajna jitkellem dwar il-qofol tal-missjoni tiegħu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa joffri l-Quddiesa għall-erwieħ f’Jum il-Mejtin kollha

  • Pope Francis travelled to the Roman cemetery of Prima Porta, where he offered the Holy Sacrifice of the Mass for the liturgical commemoration of All Souls’ Day.

    Thousands of people joined the Holy Father as he prayed for the repose of the souls of all the faithful departed. Arriving at the cemetery, Pope Francis visited a mausoleum and laid flowers at several tombs, while praying silently…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

    • San Luqa 15:1-10

      Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? …

  • Kompli aqra »

“Ma tistax tmur il-ġenna jekk tiddisprezza l-Qaddisin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha

  • Nhar l-1 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha. Din saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Novembru 2016

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna talli lqajtu l-istedina tiegħi li l- parroċċi tal-Belt u l-Kapitlu niċċelebraw din il-festa flimkien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

  • Festa tal-Knisja: It-Tifkira tal-Mejtin Kollha

    San Mattew 25:31-46
    Ġesu qal lid-dixxipli: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja. Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.’ Mbagħad iweġbuh il-ġusti, ‘Mulej’, jgħidulu, ‘meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik ? …

  • Kompli aqra »