Arkivji mensili: Novembru 2016

“Il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu tgħinek biex tgħid ‘le’ lil ħażin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti mill-Parroċċa ta' Ħaż Żabbar

  • Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti mill-Parroċċa ta’ Ħaż Żabbar. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Knisja Parrokkjali Ħaż-Żabbar
    27 ta’ Novembru 2016

    Għeżież żgħażagħ, jiena qiegħed nilqagħkom bħala membri adulti tal-poplu ta’ Alla. Tgħiduli: “imma din xi tfisser?”. Se tifhmu malajr meta jiena nieqaf nitkellem u nitlobkom titkellmu intom u jiena bħalma nagħmel ħafna meta niltaqa’ ma’ żgħażagħ tamparkom, ngħidilkom: “irrid nismagħkom iġġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija”…

  • Kompli aqra »

Il-Gvern Malti jilqa’ t-talba tal-Papa Franġisku biex tingħata amnestija lill-priġunieri

L-Arċisqof fit-taħbira tal-amnestija lill-priġunieri

  • L-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2016, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela, ħabbret li l-Gvern ta’ Malta laqa’ t-talba tal-Papa Franġisku biex tingħata amnestija ta’ 30 jum lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Malta. Din l-aħbar ingħatat waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. It-talba li tingħata amnestija lill-priġunieri kollha saret mill-Papa Franġisku f’ ittra lill-President ta’ Malta fejn talab li tintwera ħniena mal-priġunieri fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena. 
  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

Il-Papa: L-umiltà Nisranija hija l-virtù “bħat-tfal”

  • Pope: Christian humility is the virtue of “the childlike

    Pope Francis said on Tuesday that true Christian humility is the virtue of the childlike and is never a theatrical humility. His words came at his morning Mass celebrated in the chapel of the Santa Marta residence.

    Taking his inspiration from the day’s readings the Pope’s homily was a reflection on how God reveals himself to the humble and childlike rather than the wise and learned as recounted in the gospel of Luke…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

    • San Mattew 4:18-22

      Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom…

  • Kompli aqra »

“L-Ispirtu s-Santu jagħtikom il-qawwa tagħmlu għażliet tajba” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti f'Ħal Luqa

  • Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti mill-Parroċċa ta’ Ħal Luqa.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali Ħal Luqa
    27 ta’ Novembru 2016

    Għeżież żgħażagħ, il-Mulej Ġesù fl-Evanġelju tal-lum (Lq 21, 25-28, 34-36) juża’ kelma pjuttost qawwija, u li nixtieq naqsam magħkom f’dan il-ħsieb qasir qabel tirċievu s-sagrament tal-Griżma…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku lix-xjentisti: impenn lejn is-sostennibiltà

  • Pope Francis received the participants in the Plenary Session of the Pontifical Academy of Sciences on Monday in the Consistory Hall of the Apostolic Palace in the Vatican.

    the gathering is bringing together leading scientists from a broad spectrum of  fields to explore how already available or expected scientific advances affect – for good and for ill – the sustainable development of human societies and their environments…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Novembru

  • San Luqa 10:21-24
    F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu   l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.” Mbagħad dar lejn id-dixxipli u qal lilhom weħidhom: “Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qegħdin taraw intom…

  • Kompli aqra »

Festa tal-Madonna ta’ Caraffa

  • Nhar it-8 ta’ Diċembru 2016, f’jum il-Festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni, ser issir purċissjoni bil-kwadru tal-Madonna ta’ Caraffa, li tinsab meqjuma fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. Il-Programm huwa kif ġej:   Mit-Tnejn 5 ta’ Diċembru sal-Erbgħa 7 ta’ Diċembru: 8.00 a.m.: Rużarju Meditat u wara Quddiesa   Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru: 8.30 a.m. – Quddiesa 11.00 a.m. – Quddiesa 4.00 p.m…
  • Kompli aqra »

“Ir-risposta tagħna hija l-għerf tas-Salib Imqaddes” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa liturġika ta' Santa Katerina

  • Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Santa Katerina, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali taż-Żejtun
    25 ta’ Novembru 2016

    Alessandru l-Kbir tal-Greċja u l-Maċedonja, bniedem li b’ġenju tant kbir ħakem l-Asja Minuri, li terraq u wasal sal-fruntiera mal-Indja din il-belt u jsemmieha għalih fuq ix-xatt tal-Mediterran…

  • Kompli aqra »

Fantastic Beasts and where to find them

  • ***

    Direttur: David Yates

    Atturi: Eddie Redmayne, Katherine Waterston, Dan Fogler, Alision Sudol, Ezra Miller, Samantha Morton, Jon Voight, Carmen Ejogo u Colin Farrell

    Ħin tal-Film: 133 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12A

    Ninsabu fis-sena 1926 meta Newt Scamander jasal New York wara vjaġġ minn Londra…

  • Kompli aqra »