Arkivji mensili: Novembru 2016

Il-Knisja turi tħassib dwar ċerti proviżjonijiet tal-Att dwar l-Ugwaljanza

Ottubru 2016

  • “Il‑Knisja hi kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u għal din ir‑raġuni tappoġġja d‑Direttivi tal‑UE li jippromwovu l‑ugwaljanza u li jipprojbixxu diskriminazzjoni, li l‑Gvern qed iressaqhom flimkien fl‑Att dwar l‑Ugwaljanza.” L‑Arċisqof Charles J. Scicluna għamel dan il‑kumment waqt laqgħa mal‑Ministru Helena Dalli meta ppreżentalha kopja tal‑Position Paper ippreparata għall‑Knisja dwar l‑Att dwar l‑Ugwaljanza.

    L‑Arċisqof Scicluna laqa’ l‑għan ewlieni tal‑Gvern li jiddefendi d‑dinjità ta’ kull persuna kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej ma jwarrab lil ħadd li jdur għall-ħniena tiegħu” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-Okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena

  • Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid, fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid
    6 ta’ Novembru 2016

    “Alla mhuwiex tal-mejtin iżda tal-ħajjin, għaliex għalih kulħadd jgħix” (Lq 21, 38). Il-kelma ta’ Ġesù li għadna kemm smajna llum mill-Evanġelju skont San Luqa, tagħti sinifikat, tat-tifsira profonda tal-Ġublew li l-Papa xtaq li jiġi ċċelebrat illum fid-dinja kollha, il-Ġublew għal dawk li qegħdin f’xi Faċilità Korrettiva…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej ma jwarrab lil ħadd li jdur għall-ħniena tiegħu” – L-Arċisqof lill-priġunieri

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-Okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena

  • Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid, fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid
    6 ta’ Novembru 2016

    “Alla mhuwiex tal-mejtin iżda tal-ħajjin, għaliex għalih kulħadd jgħix” (Lq 21, 38)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:1-6
    Darba lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, ‘Jisgħobbija,’ aħfirlu.” L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi.” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra  tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,’ u hi kienet tisma’ minnkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Novembru

  • San Luqa 20:27-38
    Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem,” qalulu,”Mosè ħallielna miktub, ‘Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.’ Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. [Lq:20:30] It-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f’kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal…

  • Kompli aqra »

“Hemm bżonn li naħdmu għad-dinjità ta’ kull sitwazzjoni fil-ħajja” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jbierek u jinawgura pixxina terapewtika fid-Dar tal-Providenza

  • Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u inawgura pixxina terapewtika fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.    Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Id-Dar tal-Providenza
    4 ta’ Novembru 2016

    Il-Kelma Aqua terapija li smajna kemm il-darba llejla, ġagħlitni naħseb kemm huwa kunċett profond u għaziz għal kultura tagħna, il-kultura nisranija, anke għaliex aħna nafu l-bidu tal-ħajja nisranija tagħna f’esperjenza ta’ aqua terapija, għaliex il-Magħmudija li hija l-immersjoni fl-ilma u li tnaddafna minn dnubietna u mid-dnub tan-nisel; terapija profonda li l-Mulej bħala sinjal tagħha għażel propju l-immersjoni fl-ilma għax baptizo tfisser immersion.  Aħna kultant inroxxu bl-ilma imma rridu propju nfissru li inti tidħol fl-ilma, tgħum fl-ilma biex inti jkollok l-ikbar terapija. 

    Il-kultura tagħna hija wkoll kultura ta’ gżira li tgħum fl-ilma, Malta hija wkoll fiżjoloġikament sponża, għaliex il-ġebla tagħna hija poruża, sponża fil-Mediterran…

  • Kompli aqra »

L-Intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għal Novembru: Pajjiżi li jilqgħu r-Refuġjati

  • Pope Francis’ prayer intention for November is for Countries Receiving Refugees: That the countries which take in a great number of displaced persons and refugees may find support for their efforts which show solidarity. 

    The Apostleship of Prayer has produced the Pope’s Video on this prayer intention.

     

    The full text of the Pope’s Video is below:

    Can one country alone manage the problems of forced migration? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Novembru

  • San Luqa 16:9-15
    Ġesu qal lid-dixxipli: “U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? …

  • Kompli aqra »

“Iżjed ma’ nemmnu fil-ħajja ta’ dejjem, iżjed ikollna kuraġġ ingawdu ħajjitna fuq l-art” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin kollha

  • L-Erbgħa 2 ta’ Novembru 2016, Jum it-Tifkira tal-Mejtin kollha, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid.

     Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid
    2 ta’ Novembru 2016

    Ġesù, fl-Evanġelju li għadna kemm smajna jitkellem dwar il-qofol tal-missjoni tiegħu…

  • Kompli aqra »