Arkivji mensili: Diċembru 2016

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Diċembru

  • Saint Mattew 9:27-31
    Waqt li Ġesù kien għaddej minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajjtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina !” Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?” Qalulu: “Iva, Mulej.” Mbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom.” U għajnejhom infetħulhom. Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: “Qisu li ħadd ma jsir jaf b’dan.” Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma’ dak il-pajjiż kollu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Diċembru 2016

  • Il‑Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Charles de Foucauld, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 3 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa tal‑Mosta.

    Il‑Ħadd 4 ta’ Diċembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħal Lija…

  • Kompli aqra »

Inkabbru l-Orizzonti tal-Qlub Tagħna

  • Fil-bidu tal-Avvent, il-Papa Franġisku jinkoraġġina biex nirriflettu bejn il-kuntrast tal-ħajja tagħna ta’ kuljum u l-wasla mhix mistennija tal-Mulej. L-Evanġelju, qal il-Papa, mhux hemm biex ibeżżgħana, imma biex “biex inkabbru l-orizzonti tal-qlub tagħna” għal dimensjonijiet iktar lil hinn, li jagħtu tifsira għal ħajja tagħna ta’ kuljum.

    Din il-perspettiva, tgħinna biex inkunu “sobriji, u mhux iddominati mill-ġid ta’ din id-dinja” imma li jkun aħjar li kollox fil-post propju tagħhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jistedinna biex ilkoll nimxu t-triq tal-ħniena

  • Pope Francis has encouraged all believers to pray for each other, and to pray the Lord when we are in need and when we have reason to thank Him.

    Concluding his cycle of catecheses dedicated to the corporal works of mercy, the Pope addressed the faithful gathered in the Paul VI Hall in the Vatican for the weekly General Audience and reminded them that although the cycle has reached conclusion, we must continue to practice mercy in our lives…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Diċembru

  • San Mattew 7:21.24-27
    Ġesu qal lid-dixxipli: “Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! “Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat…

  • Kompli aqra »