Arkivji mensili: Diċembru 2016

Why Him

  • *** Direttur: John Hamburg

    Atturi: James Franco, Bryan Cranston, Zoey Deutch, Megan Mullally, Graffin Gluck u Keegan-Michael Key

    Ħin tal-Film: 111 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-CENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Ned Fleming, flimkien ma’ martu Barb u Scott, it-tifel tagħhom ta’ ħmistax –il sena, kienu fi żjara għand binthom Stephanie…

  • Kompli aqra »

Collateral Beauty

  • ****

    Direttur: David Frankel
    Atturi: Will Smith, Edward Norton, Keira Knightley,  Michael Pena, Naomie Harris, Jacob Latimore, Kate Winslet u Helen Mirren
    Ħin tal-Film: 96 min
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15

    Howard Inlet ma kien joqsu xejn. Bħala eżekuttiv fix-xogħol tar-riklamar kien dejjem jħares ‘l quddiem…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Jannar 2017

  • Il‑Ħadd l‑1 ta’ Jannar 2017, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM, Radju RTK u fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 7 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2016, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Talb għall-Paċi fis-Sirja

  • B’deċizjoni tal‑Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt il‑Quddies kollu ċċelebrat għada, l‑1 ta’ Jannar 2017, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum Dinji tal‑Paċi, ser isir talb speċjali għall‑paċi fis‑Sirja. L‑Insara Maltin qed jiġu mħeġġa jiftakru kontinwament fil‑poplu Sirjan u f’dawk kollha li huma vittmi tal‑vjolenza, tat‑terroriżmu u tal‑mibegħda f’diversi postijiet fid‑dinja.  

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

  • San Ġwann 1:1-18

    Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kull ma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni.

    Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl, dak id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem, huwa u ġej fid-dinja. Kien fid-dinja,u d-dinja saret bih, imma d-dinja ma għarfitux. Ġie f’daru, u niesu ma laqgħuhx. Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f’ismu, li twieldu mhux bid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla…

  • Kompli aqra »

Live: Iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi għal żmien is-Sena l-Ġdida

  • Il‑funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Festi fi żmien tas-Sena l-Ġdida, jibdew minn għada, u se jixxandru ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. 

    Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 

    Segwi ‘Live’ fuq YouTube    

    Il‑Ħadd l‑1 ta’ Jannar 2017, fid‑9.00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il‑Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi…

  • Kompli aqra »

“Il-ġid huwa għalina okkażjoni biex inkunu iżjed ġenerużi” – L-Arċisqof waqt l-iskambju tal-awguri mal-pubbliku

  • Il‑Ġimgħa 30 ta’ Diċembru 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu lill-pubbliku għall-bdil tal‑awguri tal‑istaġun, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il-Furjana. 

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha tal-attivita’.

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Nirringrazzja lil kulħadd tal-preżenza sabiħa tagħkom dalgħodu, f’dan il-jum ta’ kesħa xitwija xxoqq il-għadam…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

  • San Mattew 2:13-15.19-23

    Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu, u mar fl-art ta’ Iżrael…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

  • San Luqa 2:22-35

    Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

    F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu…

  • Kompli aqra »

Tackle4DTP

  • Il-Ħamis 29 ta’ Diċembru 2016, timijiet magħmula minn saċerdoti, seminaristi, politiċi, ħaddiema ta’ Radju RTK u  ta’ San Vinċenz De Paule, membri tal-Malta Developers’ Association (MDA), tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) u tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) ħadu sehem f’tournament tal-football b’risq id-Dar tal-Providenza.   It-tournament, organizzat minn Radju RTK, sar fil-grawnd ta’ San Alwiġi f’Birkirkara u ingħata bidu mill-Arċisqof Emeritu Mons Pawl Cremona OP, fil-preżenza tal-Vigarju Ġenerali, Mons Joe Galea Curmi flimkien mal-Whips Parlamentari, Dr Godfrey Farrugia u David Agius…
  • Kompli aqra »