Arkivji mensili: Diċembru 2016

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

  • San Mattew 11:16-19
    Ġesu qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil   qabda  tfal  bilqiegħda   fil-pjazez   jgħajjtu  lil   sħabhom u jgħidu: 

                            ‘Daqqejnielkom il-flawt,
                             u ma żfintux,
                             għannejnielkom in-niket,
                             u ma bkejtux!’

    Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

    Qaddisin tal-jum: San Juan Diego Cuauhtlatoatzin, Santa Leocadia, Verġni u Martri

  • Kompli aqra »

“Meta tkun iddixiplinat tkun tista’ tieqaf għall-ħażin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jżur l-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports

  • Nhar it-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports, f’Pembroke. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ jitkellem mal-istudenti, jiskopri d-dixxiplini differenti tal-isports mħaddma f’din l-iskola, u ċċelebra Quddiesa fil-kumpless sportiv.    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti taż-zjara tal-Arċisqof fl-Iskola Nazzjonali tal-Isports.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Iskola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke
    5 ta’ Dicembru 2016

    L-ewwel nett grazzi ħafna ta’ din l-opportunità li nkun magħkom, nirringrazzja ħafna wkoll lill-Head, lill-Assistant Heads, lill-istaff, anke lil Fr Reuben u Fr Paul…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

  • Festa tal-Knisja: Is-Solennita tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija

    San Luqa 1:26-38
    Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »

“Is-saċerdot futur ma jistax ikun biss għas-sagristija” – L-Arċisqof

  • It-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kien mistieden fil-ftuħ tal-kampanja ‘Make my house a home’ fil-Kampus tal-Universita ta’ Malta. Din l-inizzjattiva kienet tikkonsisti f’bejgħ ta’ larinġ magħsur u ikel ieħor b’risq l-Uffiċċju ‘Ejjew Għandi’, li jgħin tfal ġejjin minn ambjenti żvantaġġjati ta’ familja.    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kampus tal-Università, Tal-Qroqq
    5 ta’ Diċembru 2016

  • Jagħmel sew min jista’ jgħaddi hawnhekk u jagħsar tazza larinġ…

  • Kompli aqra »

“Il-presepju huwa xbieha sabiħa tal-ħolqien kollu” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma' studenti mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti

  • Nhar it‑Tlieta 6 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tal‑Milied mal‑istudenti tal‑Iskejjel tal‑Knisja, tal-Istat u Indipendenti, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-prietka tal-Milied saret minn Carla Cutajar u l-pageant saret mit-tfal tal-iskola primajra St Joan Antide, Gudja.
    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube     Omelija tal-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: “It-tenerezza ta’ Alla hija s-salvazzjoni tagħna”

  • He who does not know the tenderness of God does not know the Christian doctrine.  This was the concept at the core of Pope Francis’ homily at morning Mass at the Casa Santa Marta, a homily focused largely on the figure of Judas.

    Judas, an evangelical image of the lost sheep

    Taking his cue from the Gospel reading of the day which recounts the Parable of the lost sheep, Pope Francis spoke of how the Lord never stops looking for us…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

  • San Mattew 11:28-30

    Ġesu qal lill-folla: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

    Qaddis tal-jum: San Ambroġ

  • Kompli aqra »

“Il-Banda tal-Forzi Armati uriet il-qawwa tal-imħabba u tas-solidarjetà” – L-Arċisqof

  • Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ippresieda kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati, organizzat mid-Dar tal-Providenza. 

    Fil-kunċert, il-Premju ‘Dun Mikiel Azzopardi’ għas-sena 2016 ingħata lil Dar il-Kaptan bħala turija ta’ rikonoxximent u apprezzament tad-Dar tal-Providenza għall-25 sena ta’ ħidma u impenn fil-komunità mit-twaqqif tagħha fl-10 ta’ Novembru 1991. Is-Sur Marcel Pisani irċieva l-premju f’isem Dar il-Kaptan…

  • Kompli aqra »

“Irridu nkunu minn ta’ quddiem fid-difiża tal-fqir, tal-imwarrab u ta’ min hu dgħajjef” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal-Mosta, Dun Sebastian Caruana

  • Nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-pussess tal-Arċipriet il-ġdid Dun Sebastian Caruana, bħala l-Arċipriet il-ġdid għall-Parroċċa tal-Mosta.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Knisja Arċipretali tal-Mosta
    3 ta’ Diċembru 2016

    “Jiena ngħidilkom li Kristu sar qaddej minħabba l-fedeltà ta’ Alla”. L-Appostlu Missierna hu u jikteb lir-Rumani jgħid li Kristu sar qaddej tal-Lhud ċirkonċiżi, u jsemmi wkoll il-pagani…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Ġesù jġib il-bidla vera, li jġedded il-qalb

  • Let us allow ourselves to be transformed by Christ; let us allow ourselves to be able to be re-created, freeing us from our sins. That was the message of Pope Francis at the morning Mass at Casa Santa Marta, centred on the theme of the renewal that the Lord brings. The Pope put us on guard about painting over our sins without truly being ashamed in our hearts…

  • Kompli aqra »