Arkivji mensili: Diċembru 2016

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

  • San Mattew 18:12-14
    Ġesu qal lid-dixxipli: “”Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq  l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu. Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar.”

    Qaddis tal-jum: San Nikola ta’ Bari

  • Kompli aqra »

Nitolbu d-don tal-fidi biex inkunu strumenti ta’ fejqan fil-Knisja – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, it-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Caritas u s-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja

  • Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, tat-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Caritas u s-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar Porzjunkola
    2 ta’ Diċembru 2016

    L-Evanġelji mill-ewwel parti tal-Avvent jintgħażlu bħala konferma mill-profeżija ta’ Isaija u jkun tajjeb għall-meditazzjoni f’dawn il-ġranet qabel is-17 ta’ Diċembru, imbagħad nibdew ir-rakkonti li jippreparawna mill-qrib għat-twelid ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Angelus: Is-Saltna tal-ġenna hija l-imħabba u l-umiltà ta’ Alla

  • “The Kingdom of God is at hand and is indeed in the middle of us, this is the central message of all Christian mission.” Those were the words of Pope Francis during his Angelus address in St Peter’s Square on the Second Sunday of Advent.

    He was referring to the Gospel reading of the day in which John the Baptist issues the invitation to “Repent, for the kingdom of heaven is at hand”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

  • San Luqa 5:17-26
    Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih…

  • Kompli aqra »

It-Tieni Ħadd tal-Avvent: 4 ta’ Diċembru

  • San Mattew 3:1-12

    F’dawk il-jiem deher Ġwanni l-Battista jippriedka fid-deżert tal-Lhudija u jgħid: “Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet’. Għax għalih kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,

                                ‘Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:

                                 Ħejju t-triq tal-Mulej,

                                 iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.’

    Dan Ġwanni kellu fuqu libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u l-ikel tiegħu kien ġradijiet u għasel selvaġġ…

  • Kompli aqra »

“Id-demokrazija qiegħda tevolvi f’kerdokrazija” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'għeluq il-mitt sena mill-mewt tal-Beatu Charles de Foucauld

  • Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa f’għeluq il-mitt sena mill-mewt tal-Beatu Charles de Foucauld, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Valletta

    2 ta’ Diċembru 2016

    Kemm hi attwali l-figura tal-Beatu Charles…

  • Kompli aqra »

Il-KA ssejjaħ għar-reviżjoni tal-Masterplan ta’ Paceville

Sinteżi tal-Opinion Paper dwar il-Masterplan ta’ Paceville

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA), b’dispjaċir tinnota li l‑Masterplan propost għal Paceville jidher li qiegħed jikkonsidra aspetti iżolati tas‑sitwazzjoni li fiha sab ruħu dan il‑lokal, mingħajr ma jqis li l‑kaġun tas‑sintomi kollha huwa wieħed: nuqqas ta’ sostenibilità f’kull żvilupp li sar. Għalhekk wieħed kien jistenna li l‑Awtorità tal‑Ippjanar u l‑Gvern ikunu għaqlin biżżejjed li jidentifikaw sewwa l‑għerq tal‑problemi kollha, u jitgħallmu mill‑passat biex ma jiġux ripetuti l‑iżbalji li saru…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Diċembru

  • San Mattew 9:35-38.10:1.6-8
    Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.” Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu…

  • Kompli aqra »

L-Intenzjoni tat-talb tal-Papa Franġisku għal Diċembru: Intemmu l-iskandlu tat-tfal-suldati

  • Pope Francis’ prayer intention for December is for the End to Child-Soldiers: That the scandal of child-soldiers may be eliminated the world over.  

    The Apostleship of Prayer has produced the Pope’s Video on this prayer intention.

  • The full text of the Pope’s Video is below:

    In this world, which has developed the most sophisticated technologies, weapons are sold that end up in the hands of child soldiers. 

    We must do everything possible so that the dignity of children may be respected, and end this form of slavery…

  • Kompli aqra »