Yearly Archives: 2016

“Il-Bieb tal-Qalb tagħna jrid ikun miftuħ għal kulħadd” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta' Kristu Sultan u l-Għeluq tal-Ġublew tal-Ħniena

  • Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Festa Liturġika ta’ Kristu Re, li għalqet is-sena Liturġika tal-Knisja u l-Ġublew tal-Ħniena li nieda l-Papa Franġisku. Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana saret fil‑Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Katidral ta’ l-Imdina
    20 ta’ Novembru 2016

    L-Evanġelju tal-lum magħżul b’mod l-iżjed xieraq u providenzjali għall-festa Solenni ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: L-Omelija kollha fis-Solennità ta’ Kristu Sultan

  • Homily of His Holiness Pope Francis
    Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of the Universe

    20 November 2016
    Vatican City

    The Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of the Universe, is the crown of the liturgical year and this Holy Year of Mercy.  The Gospel in fact presents the kingship of Jesus as the culmination of his saving work, and it does so in a surprising way.  “The Christ of God, the Chosen One, the King” (Lk 23:35,37) appears without power or glory: he is on the cross, where he seems more to be conquered than conqueror.  His kingship is paradoxical: his throne is the cross; his crown is made of thorns; he has no sceptre, but a reed is put into his hand; he does not have luxurious clothing, but is stripped of his tunic; he wears no shiny rings on his fingers, but his hands are pierced with nails; he has no treasure, but is sold for thirty pieces of silver…

  • Kompli aqra »

“M’għandniex nikkontrollaw il-grazzja, imma niffaċilitawha” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jispjega l-viżjoni tiegħu għall-Knisja f'Malta b'rabta mat-tema tal-konverżjoni għall-pastorali tal-ħniena, waqt l-Assemblea Djoċesna 2016.

  • Is-Sibt 19 ta’ Novembru 2016, waqt it-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna spjega l-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta b’rabta mat-tema tal-konverżjoni għall-pastorali tal-ħniena. Il-laqgħa saret fil-Katekumenju, il-Mosta. 

    Ispirat mill-kliem u l-kitbiet tal-Papa Franġisku u ta’ San Ġorġ Preca, l-Arċisqof saħaq fuq kemm l-Operaturi Pastorali għandhom ikunu dawk il-persuni li jiffaċilitaw il-grazzja u mhux jikkontrollawha. Fi kliem il-Papa Franġisku, mill-Evangelii Gaudium (prg…

  • Kompli aqra »

L-Ewwel Sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2016

  • Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppresieda l-ewwel sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2016, fil-Katekumenju, il-Mosta. Il‑laqgħa annwali ffokat fuq il‑konverżjoni għall-pastorali tal‑ħniena, li l-Papa Franġisku tant qed jisħaq fuqha. Fl-ewwel sessjoni, Fr Kevin Schembri u Dr Anna Vella għamlu l-preżentazzjonijiet tagħhom ta’ din it-tema.

    Fr Kevin Schembri tkellem dwar żewġ punti ċentrali fil-proċess ta’ konverżjoni għall-pastorali tal-ħniena…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ mal-Isqfijiet li qed jistudjaw liġijiet ġodda taż-żwieġ

  • Pope Francis met on Friday with bishops from around the world who are attending a course at the Vatican tribunal of the Roman Rota to discuss recent developments regarding marriage annulments.

    In September 2015 Pope Francis issued two new documents introducing reforms to the legal structures of the Church, making marital nullity trials simpler, faster and less expensive.

    In his words to participants at the three day Vatican training course, the Pope noted that bishops must be both “teachers of the faith” but also those who learn from the needs and questions of men and women today…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-Festa ta’ Kristu Re u Għeluq tal-Ġublew tal-Ħniena

  • Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2016, fis-6.00 p.m., ser tiġi ċċelebrata l-Festa Liturġika ta’ Kristu Re, li tagħlaq is-sena Liturġika tal-Knisja u l-Ġublew tal-Ħniena li nieda l-Papa Franġisku. Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re ser tiġi ċċelebrata b’Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Din iċ-ċelebrazzjoni ser tkun okkażjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla f’għeluq il-Ġublew tal-Ħniena.

    Segwi ‘Live’ fuq YouTube

  • 

  • Issieħeb minn hawn biex issegwi ċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof fuq YouTube…

  • Kompli aqra »

Nocturnal Animals

  • ***

    Direttur: Tom Ford

    Atturi: Amy Adams, Jake Gyllenhaal, Michael Shannon, Aaron Taylor-Johnson, Isla Fisher, Armie Hammer, Laura Linney, Andrea Riseborough u Michael Sheen

    Ħin tal-Film: 116 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Susan Morrow tmexxi b’suċċess gallerija tal-arti ġewwa Los Angeles…

  • Kompli aqra »

Tagħmlux lil Alla “żero kbir” f’ħajjitkom – L-Arċisqof liż-żgħażagħ

  • Nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill- adoloxxenti mill-Parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Parroċċa Sant’Elena, Birkirkara
    13 ta’ Novembru 2016

    Fl-aħħar tad-dinja ser ikun hemm ħafna gwerer, ikun hemm anke taqlib fil-pajjiżi, terremoti, ikun hemm il-mard li jittieħed…

  • Kompli aqra »

“Il-Knisja f’Malta hija mpenjata li l-Kelma ta’ Kristu tissarraf dejjem f’kelma kompleta ta’ sbuħija u ta’ karità” – L-Arċisqof

Diskors tal-Arċisqof waqt l-Oratorju ‘Canticum Vitae’ fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Nhar il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppresieda l-Oratorju ‘Canticum Vitae’ (L-Għanja tal-Ħajja), fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. L-Oratorju, li kien ċelebrazzjoni tal-Inklużjoni, kien esegwit tant tajjeb mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-kompożitur stess Mro. Hermann Farrugia Frantz, bi kliem miġbur mil-Bibbja minn Mons. Lawrence Gatt.

    F’kelmtejn tal-okkażjoni, Mons Arċisqof Charles J. Scicluna irrefera għat-test  ta’ ‘Canticum Vitae’  minsuġ minn Mons Lawrence Gatt, ex-Direttur tad-Dar tal-Providenza…

  • Kompli aqra »

Servizz ta’ Talb Ekumeniku bi tħejjija għall-Avvent

  • Christians Together in Malta, il-Kunsill Ekumeniku Malti, qed jorganizza servizz ta’ talb ekumeniku bi preparazzjoni għall-Avvent. Is-servizz ser isir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016, fis-6:30 p.m., fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof, Tal-Virtù. It-tema tas-servizz tat-talb hija “Ejja Mulej Ġesu Kristu, Ejja bħal dawl f’dinja mudlama”. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

  • Kompli aqra »