• Christians Together in Malta, il-Kunsill Ekumeniku Malti, qed jorganizza servizz ta’ talb ekumeniku bi preparazzjoni għall-Avvent. Is-servizz ser isir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016, fis-6:30 p.m., fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof, Tal-Virtù. It-tema tas-servizz tat-talb hija “Ejja Mulej Ġesu Kristu, Ejja bħal dawl f’dinja mudlama”. Kulħadd huwa mistieden jattendi.