Yearly Archives: 2016

Il-Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna minn Pjazza San Pietru, il-Vatikan

  • Qegħdin fi Pjazza San Pietru f’dan il-lejl qaddis tal-Milied. Nixtieq inwasslilkom l-awgurju tiegħi propju minn din il-pjazza li tilqa’ eluf u eluf ta’ Kattoliċi li jiġu biex jisimgħu l-leħen tal-Papa Franġisku, is-suċċessur ta’ Pietru.

    Din is-sena għandna l-presepju li ħejja l-artist Għawdxi Manwel Grech u li r-Repubblika ta’ Malta, il-Gvern Malti, rregala lill-Papa Franġisku. Ħdejn il-presepju hemm siġra sabiħa li ġiet mill-provinċja ta’ Trento fl-Italja…

  • Kompli aqra »

“Irridu nkomplu l-missjoni ta’ Ġesù billi nkunu man-nies” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lilll-impjegati tal-Kurja u r-rapprezentanti tal-entitajiet tal-Arcidjocesi ta' Malta

  • Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Emeritus Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Generali Mons. Joe Galea Curmi, awguraw Milied ħieni lil impjegati tal-Kurja, tal-Caritas, tat-Tribunal Ekklezjastiku, tas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija, tal-Kummissjonijiet u s-Segretarjati differenti, filwaqt li apprezzaw il-ħidma fejjieda li dawn iwettqu tul is-sena kollha.

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    23 ta’ Diċembru 2016

    L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »

Live: Iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi għal żmien il-Milied

  • Il‑funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew fil‑Lejl tal‑Milied u se jixxandru ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. 

    Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru 2016, fil‑11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. 

    Segwi ‘live’ fuq YouTube

    Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 

    Segwi ‘live’ fuq YouTube  

    Issieħeb minn hawn biex issegwi ċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof fuq YouTube…

  • Kompli aqra »

Paċi fl-Art lil Bnedmin ta’ Rieda Tajba

  • Fil-messaġġ li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-kampanja ‘Milied Flimkien’, huwa qal li fiż-żmien il-Milied għandna “nagħmlu ħilitna biex nevitaw kliem ta’ mibgħeda fuq xulxin”. Il-kliem tagħna kultant jikkuntrasta bil-qawwi ma’ dak li anġli ħabbru – “paċi fl-art lil bnedmin ta’ rieda tajba” (Lq 2, 14). Qal li kliem tagħna għandna nqisuh tajjeb, u li dan ir-rażan inkompluh anke matul is-sena. B’hekk biss issaltan il-paċi, meta n-nies b’rieda tajba jagħmlu t-tajjeb, flok id-deni…

  • Kompli aqra »

Titlaqqa’ l-Assemblea tat-Tfal għal żmien il-Milied

  • Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna reġa’ żamm l-appuntament tieghu u ltaqa’ mal-grupp ta 32 tifel u tifla li jiffurmaw il-Kummissjoni Djocesana Tfal, flimkien mad-delegata Sr Anna Sammut u tliet membri li jgħinu fit-tmexxija. Din l-‘Assemblea tat-Tfal’, kienet it-tielet wahda din is-sena u din id-darba t-tfal xtaqu li jaqsmu xi ħsibijiet fuq ir-refuġjati. 

    Taħt it-tmexxija tad-delegata tat-tfal, Sr Anna Sammut, il-Kummissjoni waslet il-Palazz tal-Arċisqof, fl-Imdina fejn f’atmosfera sabiħa tal-Milied, l-Arċisqof laqa’ lit-tfal u wara saret diskussjoni fuq is-suġġett magħżul…

  • Kompli aqra »

Avviż

    • Ġentilment ninfurmawkom li minn għada l-Ġimgħa, 23 ta’ Diċembru 2016, f’nofsinhar, sat-Tnejn 2 ta’ Jannar 2017, il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa. Il-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal jiftħu mill-ġdid nhar it-Tlieta, 3 ta’ Jannar 2017.

      L-Uffiċċju Komunikazzjoni jawgura l-isbaħ xewqat għall-Milied qaddis.

  • Kompli aqra »

Il-Papa jippreżenta l-prinċipji gwida għar-riforma tal-Kurja Rumana

  • Pope Francis invited the Roman Curia to embrace the process of reform on Thursday, telling them Christmas is “the feast of the loving humility of God, of the God who upsets our logical expectations, the established order”.

    His words came in his annual Christmas greetings to the Roman Curia.

    “At Christmas,” Pope Francis said, “we are called to say ‘yes’ with our faith, not to the Master of the universe, and not even the most noble ideas, but precisely to this God who is the humble lover.”

    In his address to the Roman Curia, the Holy Father returned, as during the previous two year’s addresses, to the theme of Curial reform, laying out the framework, guiding principles, and what is yet to come…

  • Kompli aqra »

Appell għall-għajnuna: Proġett ta’ ristrutturar ta’ Knisja fiċ-Ċile

    • Fr Henry Balzan, li sas-sena l-oħra kien kappillan tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, preżentament qed iservi fil-missjoni bħala Kappillan fil-Parroċċa ta’ Diego de Almagro, ic-Ċile. Fr Henry jixtieq jirranġa s-saqaf tal-Knisja Parrokkjali u għalhekk sab perit li jgħinu biex isir dan il-proġett.

      L-iskop huwa biex jitneħħa l-periklu li jeżisti peress li s-saqaf huwa tal-asbestos, li huwa ta’ periklu għas-saħħa, u biex il-binja tiflaħ għat-theżżiżiet li jaħkmu lir-reġjun…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: ‘iftħu qlubkom għall-aħbar it-tajba tal-Milied’

  • Pope Francis on Wednesday urged the faithful to open their hearts to the Good News of the Saviour’s birth.

    The Pope was addressing the pilgrims gathered in the Vatican Paul VI Hall for the weekly General Audience.

    His catechesis on Christian hope focused on these last days of Advent and on how we prepare to receive the message embodied in the nativity…

  • Kompli aqra »

“Nagħmlu ħilitna biex nevitaw kliem ta’ mibgħeda fuq xulxin” – L-Arċisqof

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta' 'Milied Flimkien'

  • It-Tlieta 20 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna wassal il-messaġġ tiegħu flimkien mal-ogħla awtoritajiet tal-Istat, fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’, fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta. 

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2016

    Eċċellenza President tar-Repubblika, Sur Preca,
    Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Muscat,
    Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, insellem lilek ukoll Sinjura Christina…

  • Kompli aqra »