L-Arċisqof jagħti l-awguri għas-Sena l-Ġdida lill-awtoritajiet tal-Istat
28/12/2016-
It-Tlieta 27 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat għall-iskambju tal-awguri fl-okkażjoni tas-Sena l-Ġdida, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.
Fil-preżenza tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, l-Arċisqof irringrazzja lil Gvern Malti tal-koperazzjoni sħiħa li ssib il-Knisja, li flimkien qed jaħdmu f’ambjent demokratiku, fejn id-drittijiet ta’ kull persuna jiġu mħarsa u rispettati…