Arkivji mensili: Mejju 2017

“Min ixandar il-Kelma jrid jagħti ħajtu billi jxandarha dejjem u kullimkien” – L-Arċisqof lis-seminaristi li ngħataw il-Lettorat

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil erba' seminaristi

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Is-Seminarju, Tal-Virtu, ir-Rabat

    19 ta’ Mejju 2017

    “Kull ma smajt mingħand Missieri, jiena għarraftulkom” (Ġw 15, 15).  L-ewwel atteġġjament li juża’ Ġesù, kull Nisrani, biex jiddeskrivi lilu nifsu, huwa l-atteġġjament tas-smigħ: “Kull ma smajt mingħand Missieri”.

    Dan l-atteġġjament huwa atteġġjament ta’ ubbidjenza. “Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi biex jiena nagħmel ir-rieda tiegħu”…

  • Kompli aqra »

Referenza għar‑riklam ippubblikat minn Maltese Catholics United for the Faith

  • L‑Arċidjocesi ta’ Malta tavża li m’għandhix x’taqsam ma’ kull tip ta’ propoganda li ssir taħt l‑isem Maltese Catholics United for the Faith, filwaqt li tirrispetta d‑dritt tal‑libertà tal‑espressjoni ta’ kull individwu jew entità oħra.

    L‑Arċidjocesi ta’ Malta twassal it‑tagħlim tal‑Knisja mingħajr ma tuża ebda isem ieħor, u tħeġġeġ lil kulħadd biex fit‑3 ta’ Ġunju li ġej jaqdi dmiru b’responsabbiltà, kif qalu l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fl‑Ittra Pastorali għall‑Elezzjoni Ġenerali 2017

  • Kompli aqra »

Il-Filippini jipprojbixxi d-dendil ta’ kuruni tar-rużarju u simboli oħra reliġjużi fil-karozza

  • L-awtoritajiet Filippini pprojbixxu li jiddendlu kuruni tar-rużarju jew jitpoġġew xi statwetti mad-dashboards tal-karozza, u dan minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Din id-deċiżjoni ġabet magħha ftit ta’ kontroversja, bil-Knisja Kattolika fil-Filippini tinsisti li dawn is-simboli huma intervent divin għat-toroq kaotiċi tal-pajjiż.

    Il-projbizzjoni, li se tidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017, hija parti minn serje ta’ inizjattivi li qed jittieħdu sabiex is-sewwieqa ma jkollhomx ħafna distrazzjonijiet waqt is-sewqan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:5-11

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket.

    Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

    U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jsemmi l-effetti tal-qgħad fuq il-familji

  • F’laqgħa mal-parteċipanti li attendew għall-konferenza internazzjonali tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice li saret f’Ruma, il-Papa Franġisku enfasizza dwar il-problemi serji tal-qgħad.

    Il-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice titmexxa minn persuni lajċi bl-iskop li tippromwovi d-Duttrina Soċjali tal-Knisja Kattolika.

    Nhar is-Sibt li għadda, il-Papa faħħar l-istqarrija li ħarġet il-Fondazzjoni li tgħid: “Il-ġlieda kontra l-faqar titlob fehim aħjar tar-realtà tal-faqar tal-individwu u mhux biss mil-lat ekonomiku”…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: “Fl-aħħar tal-ġurnata jien ħabbejt kif ħabbna Ġesù?”

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-knisja tan-Naxxar bħala parti mill-viżta pastorali

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, in-Naxxar

    21 ta’ Mejju 2017

    Hemm wegħda li Ġesù jagħmlilna llum li ta’ min naħsbu fuqha: “Inħobbu u nurih lili nnifsi” (Ġw 14, 21). Lil min jagħmilha din il-wegħda? Jagħmilha lil min  jipprova, minkejja d-dgħufija tiegħu, iżomm il-kmandamenti tiegħu. “Minn iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jien wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi” (v…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jbierek b’sorpriża d-djar tan-nies barra Ruma

  • Nhar il-Ġimgħa, il-Papa Franġisku kompla għaddej bid-drawwa li beda fis-Sena tal-Ħniena u b’sorpriża, mar ibierek id-djar ta’ barra Ruma, bħalma jagħmlu s-saċerdoti kull sena fi żmien l-Għid.

    Skont il-Vatikan, il-Papa ried iżomm iż-żjarat ta’ “il-Ġimgħa tal-Ħniena” u dan sabiex ikun qrib tal-familji li jgħixu fil-periferija tal-belt u ried li jżur id-djar tagħhom.

    Nhar l-Erbgħa, Dun Plinio Poncina, li jmexxi l-parroċċa ta’ Stella Maris, waħda mill-parroċċi ta’ Ostia, ħalla nota lir-residenti li se jkun qed iżurhom bħalma jagħmel kull sena…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:26-27.16:1-4a 

    Fdak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibgaħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.

    Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jsejjaħ konċistorju biex ilaħħaq kardinali ġodda

  • Wara r-Regina Caeli fi Pjazza San Pietru, il-Ħadd, il-Papa Franġisku ħabbar li se jsir konċistorju ieħor biex ilaħħaq kardinali ġodda.

    Il-kardinali l-ġodda huma mill-Mali, Spanja, l-Isvezja, Laos u El Salvador. Il-konċistorju se jsir fit-28 ta’ Ġunju li ġej, lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

    Dan hu r-raba’ konċistorju li qed jagħmel il-Papa Fraġisku. Min kemm ilu jmexxi l-Knisja Kattolika, il-Papa ħatar 56 kardinal ġdid minn 39 pajjiż, 11 minnhom qatt ma kellhom kardinal qabel…

  • Kompli aqra »