Arkivji mensili: Ġunju 2017

Live: Quddiesa tal-Għoti tad-Djakonat

  • It-Tnejn, 26 ta’ Ġunju 2017, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa li matulha jordna żewġ seminaristi u ħames reliġjużi fl‑ordni tad‑djakonat, fil‑Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »

Transformers: The Last Knight

  • Direttur:          Michael Bay

    Atturi:              Mark Wahlberg, Josh Duhamel, Stanley  Tucci, Anthony Hopkins, Isabela Moner, Laura Haddock, Tyrese Gibson, u John Turturro

    Ħin tal-Film:    149 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12

    Fin-nuqqas ta’ Optimus Prime, gwerra bejn ir-razza umana u t-Transformers dehret inevitabbli.  Għad-dinja din il-gwerra kienet tfisser it-tmiem tagħha…

  • Kompli aqra »

Churchill

  • ***

    Direttur:           Jonathan Teplitzky

    Atturi:              Brian Cox, Miranda Richardson, John Slaterry, James Purefoy, Ella Purnell, Julian Wadham, Danny Webb u Richard Durden

    Ħin tal-Film:    98 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          15

    Fl-1944, il-Forzi Alleati kienu għal lest, b’armata massiva, mħejjija sew f’segretezza kbira…

  • Kompli aqra »

“Tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ l-għaqda dejjiema u esklussiva bejn raġel u mara” – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof waqt il-Quddiesa tal-festa ta' San Nikola, is-Siġġiewi

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Festa San Nikola, is-Siġġiewi

    25 ta’ Ġunju 2017

    “Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem missieri li hu fis-smewwiet.”  F’din is-sentenza minn Kapitlu 10 vers 32 tal-Vanġelu skont San Mattew tfisser ir-raġuni għaliex illum inġbarna hawn f’din il-knisja maestuża, imżejna b’mod sabiħ biex nagħmlu festa, kif jixraqlu lill-qaddis kbira San Nikola.  San Nikola b’ħajtu, b’għemilu, bi kliemu stqarr quddiem il-bnedmin li hu ta’ Ġesù u li huwa ma’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

Programm taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl (l-Imnarja)

  • Fl-okkażjoni tas-Solennità tal-martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl (l-Imnarja), il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-Katidral tal-Imdina ser ikun kif ġej. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ser jitmexxew mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.


    L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2017

    5:15pm: Il-Kapitlu Metropolitan joħroġ proċessjonalment għall-Palazz tal-Arċisqof  biex jakkumpanja u jwassal lill-Arċisqof Charles J. Scicluna sal-Katidral.                              

    5:45pm: Translazzjoni tar-Relikwi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

  • San Mattew 7:1-5

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.

    Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk: “Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek”, meta inti stess f’għajnek għandek travu? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi lis-soċjetà: Kif tista’ tkun ġo faċilità korrettiva u xorta tħossok qiegħed fit-triq?

Iċ-ċerimonja annwali tal-gradwazzjoni tal-Caritas għal dawk li temmew b'suċċess il-programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Jum il-Gradwazzjoni tal-Caritas, San Blas

    23 ta’ Ġunju 2017

    Nixtieq nirringrazzjakom ta’ din is-serata meraviljuża. Dak li rajna s’issa jfisser ħafna xogħol ta’ ħafna nies. Jien illejla kommoss iżjed mis-snin li għaddew għaliex f’dawn l-aħħar xhur kelli l-grazzja niltaqa’ mhux biss mal-istruttura, imma man-nies li jgħixu f’dawn l-ambjenti li qed toffri  l-Caritas, ambjenti ta’ rijabilitazzjoni, ambjenti li lill‑bniedem jerġgħu jagħtuh, għalkemm wara tbatija kbira, il-vera ħelsien u d-dinjità…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Ġunju

  • San Mattew 10:26-33

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “La tibżgħux mill-bnedmin. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut. U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista’ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-politiċi: Kunu kontabbli lejn il‑kuxjenza, lejn is-soċjetà u lejn Alla

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fil-Ftuħ tat-Tlettax-il Parlament

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Ġunju 2017

    Nixtieq minn qalbi nagħti merħba lill‑membri kollha tat‑Tlettax‑il Parlament mill‑Indipendenza ta’ Malta. Nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom għall‑preżenza tagħkom hawn illum, aħna u nitolbu l‑għotja tal‑Ispirtu s‑Santu fuqkom u fuq il‑missjoni tagħkom fis‑soċjetà…

  • Kompli aqra »