Arkivji mensili: Ġunju 2017

The Shack

  • ****

    Direttur:               Stuart Hazeldine

    Atturi:                   Sam Worthington, Octavia Spencer, Avraham Aviv Alush, Radha Mitchell, Alice Braga, Graham Green u Tim McGraw

    Ħin tal-Film:        132 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:    12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          12

    Mackenzie (“Mack”) Philips meta kien għadu tifel, soffra ħafna abbużi fiżikament u emozzjonali f’idejn missieru li kien alkoħoliku…

  • Kompli aqra »

“Nirringrazzjaw lill-Mulej għax fl-Ewkaristija tana nutriment spiritwali għall-ħajjitna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-Maestro di Cappella tal-Katidral

  • Fl‑okkażjoni tal‑inawgurazzjoni uffiċjali tal‑Maestro di Cappella l‑ġdid tal‑Katidral, il‑Maestro Hamish Dustagheer ta kunċert fuq l‑orgni, fil‑KonKatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, nhar is‑Sibt, 17 ta’ Ġunju 2017.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

    17 ta’ Ġunju 2017

    “Min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem” Is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li biha l-Knisja, din is-sena, tfakkar u tiċċelebra l-misteru kbir tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, f’ħafna mumenti u għal ħafna drabi ssemmi l-ħajja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:1-6,16-18 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

    Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Emigranti tappella lin-nies biex ifittxu b’ħeġġa li jifhmu dejjem aħjar il-karba tar-refuġjati

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati 2017 (20 ta’ Ġunju), it-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tappella lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex ifittxu b’ħeġġa li jifhmu dejjem aħjar il-karba tar-refuġjati u jtejbu r-rispons xieraq tagħhom għall-isfida ta’ solidarjetà umana li tfisser il-vulnerabilità ta’ bnedmin bħal dawn.

    Bħalissa fid-dinja hawn iżjed persuni maqtugħin minn għeruqhom minħabba konflitti jew persekuzzjoni minn kwalunkwe żmien ieħor wara t-Tieni Gwerra Dinjija…

  • Kompli aqra »

Il-5 proposti tal-Papa Franġisku għall-Jum ir-Refuġjati

  • Minkejja li għad hemm ħafna mistoqsijiet u anke emozzjonijiet dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-Papa Franġisku minn dejjem kien konsistenti fi ħsibijietu: li għandna nindirizzaw malajr din il-problema, hi responsabbiltà u dover ta’ kull ċittadin, li għandna nilqgħu lir-refuġjati u nuru mħabba u ospitalità.   Filfatt, fl-ewwel zjara tiegħu bħala Papa f’Lampedusa, meta fakkar il-vittmi tal-immigrazzjoni, il-Papa tkellem dwar “il-globalizzazzjoni tal-indifferenza”. Minn dakinhar ‘il quddiem kemm-il darba tkellem favur il-persuni li kellhom jaħarbu minn pajjiżhom minħabba gwerer u inġustizzji…
  • Kompli aqra »

“Bħala individwi u soċjetà ejjew ma nkejlux ħajjitna fuq il-bread and butter issues” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Christi)

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    18 ta’ Ġunju 2017

    “Mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, imma b’dak kollu li joħroġ minn fomm il-Mulej” (Mt 4, 4), b’dan jgħix il-bniedem.

    Fid-dinja tal-lum dawk li jissejħu bread and butter issues donnhom jiddeċiedu l-aġenda u l-prijoritajiet ta’ ħafna pajjiżi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:43-48 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek’. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:38-42

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar.

    U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Ġunju

  • Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu – Solennità

    San Ġwann 6:51-58

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

    Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:33-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”.

    Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda…

  • Kompli aqra »