Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Awwissu 2017
31/07/2017-
L-Erbgħa 2 ta’ Awwissu 2017, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl.
Is‑Sibt 5 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni lejlet il-festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija.
Il‑Ħadd 6 ta’ Awwissu, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija…